Inter imorru Singapore

  • Lul 17, 2019 14:23
  • Miktub minn iNews
"

    Inter jinsabu lesti sabiex jerħulha lejn Singapore u jibdew it-tour li għandhom fil-kontinent Asjatiku. Ilbieraħ wara nofsinhar, il-kontinġent Neroazzurro wasal fl-ajruport ta’ Malpensa f’Milan sabiex jaqbad ajruplan lejn Singapore. Mat-team ingħaqdu l-player ta’ nofs il-ground Belġjan Radja Nainggolan u l-akkwist il-ġdid Nicolo Barella. Mat-team hemm ukoll l-ex goalkeeper tagħhom Julio Cesar li qed jagħmel dan il-vjaġġ lejn l-Asja.

    Nainggolan ingħata t-tieni ċans minn Conte wara li ġie eskluż fuq raġunijiet tattiċi fit-training camp li kellhom f’Lugano. Mill-banda l-oħra Barella rnexxielu jġib il-permess tax-xogħol fil-ħin biex jingħaqad ma’ sħabu.

    Sadanittant Diego Godin, Matias Vecino u George Puscas ma vvjaġġawx mat-tim iżda ser jingħaqdu magħhom fi tmiem il-ġimgħa li ġejja.

    Inter ser jipparteċipaw fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League matul l-istaġun li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0