Imwarrba mozzjoni ta’ 5,000 firma… titneħħa wkoll il-parti li tittieħed dixxiplina kontra min qed ifixkel

  • Lul 17, 2019 12:10
  • Miktub minn iNews
"

    Fost għadd kbir ta’ Nazzjonalisti b’mod partikolari dawk li jappoġġjaw lill-Kap Adrian Delia hemm diżappunt kbir. Dan minħabba l-fatt li twarrbet l-petizzjoni ta’ 5,000 firma, li kienet inġabret mis-segwaċi ta’ Adrian Delia. Fil-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN kien hemm qbil li l-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-PN jitlaqqa’ bid-domanda li ressaq il-Kap tal-PN Adrian Delia. Id-domanda kif maqbula se tkun: “Trid li jkun Adrian Delia li jibqa’ jmexxi l-PN sal-elezzjoni ġenerali li jmiss?”

    Sorsi minn ħdan il-PN li tkellmu ma’ inewsmalta.com qalulna li “l-mistoqsija se tkun dik li għażel il-Kap peress li kien hu li sejjaħ il-Kunsill Ġenerali skont 30C tal-istatut. Iżda dan fisser li ż-żewġ petizzjonijiet twaqqgħu. Waqt li l-ewwel petizzjoni ma kinitix valida għax kien hemm inqas minn 150 firma valida, it-tieni wahda, (pro-Delia) mhux talli kienet valida iżda laħqet il-5,000 firma bejn kunsillieri u tesserati. B'hekk dawk kollha li ffirmaw t-tieni petizzjoni se jibqgħu b'xiber imnieher waqt li dawk ta' kontra Delia xorta se jieħdu vot ta' fiduċja għalkemm tneħħa mill-mistoqsija l-parti li tintrefa’ responsabbiltà mill-kap għat-telfa fl-elezzjoni MEPs. L-agħar ħaġa hi li l-parti tat-tieni petizzjoni li titlob għad-dixxiplina ma’ min qed jagħmel il-bsaten fir-roti issa intilfet ukoll.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0