[AĠĠORNAT] Aktar minn 80 persuna misjuba jgħixu ġewwa stalel taż-żwiemel fil-Marsa … Arrestati 45 persuna

  • Lul 17, 2019 08:54
  • Miktub minn iNews
"

    Iktar kmieni filgħodu, uffiċjali tal-Pulizija, flimkien ma’ uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar niżlu fi stalla ġewwa l-Marsa, fejn sabu għexieren ta’ persuni, minn nazzjonalitajiet differenti, jgħixu f’kundizzjonijiet mhux sanitarji. Ħafna mir-residenti ittieħdu mill-uffiċjali tal-Immigrazzjoni, hekk kif jista jagħti l-każ li uħud minnhom ma kellhomx il-permessi tar-residenza neċessarji, jew inkella il-permessi kien skadielhom.

    Fuq il-midja soċjali, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, żvela kif f’din l-operazzjoni, kien hemm involuti uffiċjali tal-Awtorita, kif ukoll dawk tal-Immigrazzjoni, l-ALE, l-IRU, u l-Awtorita tas-Saħħa.Filwaqt li n-numru ta’ persuni eżatt għadu mhix ikkonfermat, rapporti lokali jistmaw li n-numru huwa viċin il-mitt persuna.

    F’kumment li ta lil Inewsmalta, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg qal li b’rabta mal-operazzjoni ta’ infurzar fil-Marsa l-pulizija għamlet 45 arrest.

    Buttigieg qal li tliet ġimgħat ilu kienu saru rapporti mal-awtoritajiet dwar in-numru kbir ta’ immigranti li kienu qed jitħallew joqogħdu fi stalel fil-Marsa.

    Filwaqt li saħaq li b’mod immedjat inħareġ avviż ta’ infurzar, dan kien injorat mill-persuni li kienu qed jirrisjedu fl-istalla u għaldaqstant l-Awtorità tal-Ippjanar irrikorriet għall-pulizija u entitajiet oħrajn biex dan jiġi inforzat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0