“Il-politika dwar is-saħħa sesswali trid tiġi riveduta”

  • Lul 17, 2019 08:49
  • Miktub minn Gaetano Micallef
"

    Dr Philip Carabott, espert fil-mard trasmess sesswalment…

    L-espert mediku fil-mard trasmess sesswalment, Dr Philip Carabot, qed jisħaq li l-pajjiż jinħtieġ jirrevedi b'mod drastiku l-politika nazzjonali dwar is-saħħa sesswali biex nagħmluha relevanti għaż-żminijiet tal-lum.

    Huwa kien qed jitkellem ma' dan il-ġurnal dwar ir-rapport maħruġ mill-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) li juri kif fuq medda ta' 10 snin il-każijiet tas-syphilis f'pajjiżna żdiedu b'123%.

    Is-syphilis hija infezzjoni trasmessa sesswalment għalkemm tista' tiġi tgħaddi minn omm lit-tarbija waqt it-tqala jew waqt it-twelid.

    Mir-rapport jirriżulta li waqt li fl-2007 kien hawn biss 11-il każ, fl-2017 dawn telgħu għal 62 jiġifieri minn 2.7 każijiet għal kull 100,000 abitant għal 13.5 għal kull 100,000 abitant.

    Malta kellha l-ħames l-ikbar żieda fl-Ewropa wara l-Iżlanda, l-Irlanda, ir-Renju Unit u l-Ġermanja.

    Flimkien mar-Renju Unit, Malta għandha wkoll it-tieni l-ogħla rata ta' rġiel bl-Iżlanda biss ikollha rata ogħla minn ta' pajjiżna.

    Dr Carabott iddeskriva din l-istatistika bħala ta' tħassib imma li fl-istess ħin kienet mistennija.

    “Ilna naraw żieda konsistenti fil-mard kollu trasmess sesswalment mindu l-GU clinic twaqqfet fis-sena 2000”.

    Huwa għamilha ċara li qabel naslu għal xi konklużjoni u reazjonijiet miżinformati fuq il-media soċjali hemm bżonn nanalizzaw l-istatistika fid-dettall.

    Fost dawn jeħtieġ naraw is-sessi, l-etajiet, in-nazzjonalita u l-orjentazzjoni sesswali tal-persuni li laqqtu s-syphilis kif ukoll jekk humiex prostituti, nies bil-vizzju tad-droga u ħabsin.

    Dr Carabot jinsisti li rridu naraw ukoll fejn ħadu l-infezzjoni, jiġifieri jekk hux Malta jew barra, jekk intużawx kondoms u n-numru ta' 'partners' li kellha l-persuna milquta.

    “Dawn id-dettalji m'għandhomx ikunu sigriet tal-Istat imma ippubblikati. Huwa biss meta jkollna din l-informazzjoni li nistgħu naħdmu fuq strateġija relevanti”.

    Kien hawnhekk li saħaq li hemm bżonn li nirrevedu drastikament il-politika nazzjonali dwar is-saħħa sesswali biex nagħmluha rilevanti għal-lum.

    Dr Carabott jinsisti li din irid ikollha pjan konkret ta' azzjoni bi żmien maħsub minn qabel dwar meta se jidħlu fis-seħħ il-miżuri ħalli ma nispiċċaw b'ħafna kliem sabiħ u xejn konkret.

    “Hemm bżonn nerġgħu nintroduċu kampanji frekwenti, viżibbli u li jħallu impatt fil-media soċjali”, jinsisti l-eks-konsulent tal-GU Clinic tal-siptar nazzjonali.

    Huwa staqsa jekk hux il-waqt li nittestjaw aktar pazjenti biex l-infezzjoni tinqabad fil-bidu u b'hekk ikun jista' jonqos it-tixtrid tal-mard.

    Waqt li staqsa jekk il-GU clinic fl-Isptar Mater Dei għandux biżżejjed staff biex ilaħħaq ma' dan, Dr Carabot staqsa wkoll għandniex ikollna aktar kliniċi biex ilaħħqu mad-domanda u b'hekk jonqos il-ħin ta' stennija għat-testijiet u r-riżultati.

    “U xi ngħidu għar-'reach-out clinics' fiċ-ċentri ta' detenzjoni, klabbs u l-Ħabs fost oħrajn? Irridu ninvestu f'aktar ħaddiema u faċilitajiet moderni nkluż konsulenti kif hemm fir-Renju Unit”, jinsisti Dr Carabot.

    Is-syphilis: x'inhi u kif tittieħed

    Trasmessa sesswalment, l-infezzjoni tista' toħloq problemi serji jekk ma tiġix trattat.

    L-infezzjon tista' tittieħed waqt anke waqt sess orali u dak fil-warrani fejn b'mod ġenerali tidher marka fuq il-parti infettata.

    Min hu attiv sesswalment huwa mħeġġeġ ikollu sieħeb jew sieħba waħda u jekk f'riskju għandu juża kondom.

    L-iktar f'riskji huma rġiel li jkollhom x'jaqsmu ma' rġiel oħra, dawk li għandhom l-HIV u min is-sieħeb jew sieħba diġa għandhom is-syphilis.

    Test għal din l-infezzjoni huwa l-aħjar mod kif tkun taf jekk għandekx is-syphils.

    L-infezzjoni tista' tiġi ikkurata b'antibijotiċi għalkemm dan jista' ma jkunx biżżejjed biex isewwi l-ħsara li tkun saret minnha.

    Min ilaqqat is-sypilis jista' jerġa' jeħodha anke jekk ikun fieq mit-trattament preċedenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0