UCL: Valletta jgħaddu għat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni

  • Lul 16, 2019 22:38
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    Valletta ......................... 1

    Dudelagne..................... 1

    (Aggregate: Valletta 3-3 bil-goals away)

    F’partita mill-aktar eċċi­tanti, Valletta ospitaw lil Dudelange tal-Lussemburgu u spiċċaw fi draw ta’ 1-1 biex għaddew għat-tieni round ta’ kwalifikaz­zjoni tal-UEFA Champions League permezz tar-regola tal-goals away meta l-aggregate kien dak ta’ 3-3, wara li fl-ewwel leg irnexxielhom jiskorjaw żewġ goals fid-draw ta’ 2-2.

    Il-coach ta’ Valletta, Darren Abdilla, wettaq żewġ bidliet mill-ewwel leg meta Ryan Camillieri u Nicholas Pulis bdew fil-formazzjoni inizjali minflok Santiago Malano li jinsab imweġġa’ u Rowen Muscat sospiż, wara li dan kien safa mkeċċi fl-aħħar minuti fil-Lussemburgu.

    Fl-ewwel minuti tal-partita ż-żewġ timijiet ftit li xejn offrew spettaklu, fejn Dudelange ħarġu jfittxu goal kmieni, iżda Valletta kienu aggressivi f’nofs il-ground jippruvaw jinnewtralizzaw kull attakk avversarju.

    Fl-14-il minuta il-partitarji Beltin ipprotestaw għal dak li deher penalty meta Kyrian Nwoko deher jiġi imwaqqa’ fil-kaxxa, iżda r-referee ħalla l-logħob għaddej.

    Ħames minuti wara, minn fuq il-lemin, Enmy Pena Beltre xeħet lejn Nwoko, iżda dan naqas li jolqot minn qagħda ċentrali biex iċ-ċans intilef.

    Fil-25 minuta, ir-referee xejn ma kellu xogħol faċli jikkontrolla battibekki bejn players avversarji, wara daħla goffa fuq Nwoko.

    Madankollu, fil-35 minuta, Valletta marru fil-vantaġġ meta l-goalkeeper avversarju naqas li jżomm ix-xutt angolat fil-baxx ta’ Nwo­ko bil-ballun jaħbat ma’ sieq il-lasta biex mir-rebound MARIO FONTANELLA ddepożita l-ballun fix-xibka. 

    Sitt minuti wara, il-Beltin resqu viċin meta mill-cross insidjuż ta’ Kevin Tulimieri, il-goalkeeper Tim Kips, irnexxielu jsalva b’siequ mit-tentattiv ta’ Fontanella.

    Lejn tmiem l-ewwel taq-sima, Dudelange pprovaw jagħmlu reazzjoni iżda Valletta ma tawhom l-ebda spazju biex dawn tal-aħħar daħlu jistrieħu b’goal vantaġġ.

    Fil-55 minuta Pena Beltre interċetta ballun f’nofs il-ground, avvanza fuq il-linja leminija, ipprova jqabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper, iżda l-konklużjoni finali kienet waħda żbaljata.

    Erba’ minuti wara, Dudelange għamlu l-iskor indaqs meta minn corner, il-ballun spiċċa f’saqajn MARIO POKAR u b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa, tefa’ fir-rokna tax-xibka.

    Fil-65 minuta, Dudelange komplew jippressaw fejn Mehdi Kirch b’xutt qawwi mpenja lill-goalkeeper Belti, Henry Bonello, li dawwar f’corner.

    Fl-aħħar kwarta l-Lilywhites dehru jsofru mill-pressjoni tal-avversarji hekk kif dawn xeħtu kollox fuq l-offensiva. Iżda d-difiża Beltija kienet organizzata u dixxiplina ... megħjuna wkoll mill-fortuna hekk kif l-avversarji ma kienux preċiżi fil-konklużjonijiet tagħhom meta l-lasti Beltin kienu taħt periklu kontinwu.

    Fit-80 minuta, Nicholas Pulis fajjar xutt minn barra l-kaxxa iżda kien wisq ċentrali biex il-goalkeeper Kips salva mingħajr wisq tbatija.

    Lejn it-tmiem Dudelange resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ meta bil-goalkeeper Bonello megħlub, Dominic Stolz minn tarf il-kaxxa ż-żgħira għamel l-impossibbli u xeħet barra.

    VALLETTA: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg (15-Juan Cruz Gill 90), 5-Ryan Camillieri, 14-Ky-rian Nwoko (11-Shaun Dimech 69), 16-Jean Borg, 18-Enmy Pena Beltre, 19-Joseph Zerafa, 21-Douglas Packer, 22-Nicholas Pulis, 89-Mario Fon­tanella, 92-Kevin Tulimieri (6-Antonio Monticelli 77)  - Coach: Darren Abdilla

    DUDELANGE: 30-Tim Kips, 5-Tom Schnell, 8-Mario Pokar, 9-Danel Sinani, 10-Dominic Stolz, 15-Ricardo Delgado, 20-Mickael Garos, 24-Medhi Kirch, 28-Corenthyn Lavie (11-Bertino Cabral Barbosa 76), 34-Mohamed Bouchouari, 77-Sabir Bougrine (13-Omar Natami 85)  - Coach: Emilio Ferrera Patricio

    REFEREE: Juri Frischer (Estonja)

    ASS. REFEREES:Neeme Neemlaid, Veiko Motsnik (Estonja)

    RABA’ UFF: Kristo Kulljastinen (Estonja)

    SKORERS:M. Fontanella 35 (V), M. Pokar 59 (D)

    AMMONITI:S. Borg, N. Pulis, M. Fontanella, M. Pena Beltre, A. Monticelli, H. Bonello, J. Zerafa (V); D. Sinani, T. Schnell,  B. Barbosa O. Natami (D)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0