Waterpolo: Ivan Nagaev protagonista ta’ Marsaxlokk b’seba’ goals

  • Lul 16, 2019 21:29
  • Miktub minn iNews
"

    Kampjonat Premier

    Exiles............................ 12

    Marsaxlokk................... 15

    (2-4, 3-3, 2-4, 5-4)

    Marsaxlokk kienu l-aħjar team għal ħinijiet twal biex ħarġu rebbieħa fuq Exiles bl-iskor ta' 15-12 bil-protagonista jkun ir-Russu, Ivan Nagaev, li skorja seba' goals.

    Marsaxlokk ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni b'punteġġ ta' 4-2, bl-iskorers  għalihom ikunu Keith Galea, Julian Rizzo Naudi, Andrija Vlahovic u Ivan Nagaev. Dan filwaqt li Nicky Paris u Mark Fenech wieġbu għal Exiles.

    It-tieni sessjoni, irriżultat f'waħda bilanċjata hekk kif spiċċa bl-iskor ta'  3-3 biex Marsaxlokk żammew il-van­taġġ ta' żewġ goals sal-mis­trieħ.

    Għax-Xlukkajri Ivan Nagaev skorja doppjetta, bl-ewwel goal jasal minn penalty, filwaqt li  Andrija Vlahovic żied goal ieħor.

    Għal Exiles wieġbu Milos Vukicevic, Marko Jelaca u l-captain Timmy Sullivan.

    Ta' nota huwa l-fatt li żewġ minuti mit-tmiem ta' din is-sessjoni, il-goalkeeper ta' Marsaxlokk Ryan Coleiro salva bi bravura penalty mogħti minn Milos Vukicevic.

    Bħalma għamlu fl-ewwel sessjoni, Marsaxlokk rebħu t-tielet sessjoni bi skor ta' 4-2, bl-awturi tal-goals  ikunu Ivan Nagaev (2), bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa l-player ta' Exiles, Marko Jelaca, u Andrija Vlahovic ukoll minn man-up wara li tkeċċa Aurelien Cousin u Timmy Agius.

    Dan filwaqt li Marko Jelaca minn penalty u Milos Vukicevic wieġbu għal Exiles.

    Fl-aħħar sessjoni, Exiles wettqu reazzjoni tajba u rebħuha bl-iskor ta' 5-4, bil-protagonisti jkunu Timmy Sullivan (3), Vukicevic u Mark Fenech. Min-naħa l-oħra Nagaev (2) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn pe­nalty, Vlahovic u Rizzo Naudi wieġbu għax-Xlukkjari.

    Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Michele Stellini, 3-Andrew Magri, 4-Marko Jelaca (2), 5-Timmy Sullivan (4), 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fenech (2), 8-Kurt Griscti, 9-Milos Vukicevic (3), 10-Aurelien Cousin, 11-Nicky Paris (1), 12-Philip Paris, 13-Max Martin - Coach: Igor Vukanovic

    Marsaxlokk: 1-Ryan Coleiro, 2-Julian Rizzo Naudi (2), 3-Luke Calleja, 4-Michael Rizzo, 5-Timmy Agius (1), 6-Joseph Galea, 7-Andrija Vlahovic (4), 8-Ivan Nagaev (7), 9-Stephen Micallef, 10-Rainier Scerri, 11-Matthew Pace, 12-Otis Zammit, 13-Fredrick Buhagiar, 14-Keith Galea (1) - Coach: Joe Cremona

    Referees: Ronnie Spiteri, Andrea Zedda

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0