Waterpolo: I Diviżjoni: Marsaskala jdawru telfa f’rebħa

  • Lul 16, 2019 20:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    I Diviżjoni

    Ta' Xbiex........................ 9

    Marsaskala................... 15

    (3-2, 2-5, 1-4, 3-4)

    Wara ħasda inizjali hekk kif tilfu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 3-2, Marsaskala  għelbu l-isfida ta' Ta' Xbiex bl-iskor ta' 15-9.

    L-aqwa skorer għal Marsaskala kien Konstantin Averka b'seba' goals filwaqt li l-aktar player li sab ix-xibka għal Ta' Xbiex kien Nicco­lo Gitto li skorja tlieta.

    Ta' Xbiex rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 3-2 bit-tliet goals għalihom jaslu minn Jacob Saliba (2) bl-ewwel goal jasal minn sitwazzjoni ta' man-up wara li tkeċċa l-player ta' Marsaskala, Ayrton Camenzuli u Niccolo Gitto.

    Min-naħa l-oħra, iż-żewġ goals għall-Iskalin waslu minn Kristijan Milakovic minn penalty u minn Konstantin Averka.

    Fit-tieni sessjoni Marsaskala għamlu reazzjoni u rebħuha bl-iskor ta' 5-2, bil-goals jaslu minn Luca Felice (2), Kristijan Milakovic u Konstantin Averka (2), waqt li Nenad Kacar (2) wieġeb għal Ta' Xbiex bit-tieni goal jasal minn sitwazzjoni ta' man-up wara li tkeċċa l-Jan Culic.

    L-Iskalin rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bl-iskor ta' 4-1 bl-awturi tal-goals ikunu Konstantin Averka (2), Kristijan Milakovic u Jan Culic, waqt li Mark Carani wieġeb għal Ta' Xbiex.

    It-team min-nofs in-nhar ta' Malta kompla jiddomina fir-raba' sessjoni u ttrijonfa bl-iskor ta' 4-3, għal skor finali ta' 15-9, bil-protagonisti jkunu ż-żagħżugħ Malcolm Manara, Jake Ciantar u Konstantin Averka (2). Dan filwaqt li Niccolo Gitto (2) u Keith Tanti sabu x-xibka għal Ta' Xbiex.

    Ta' Xbiex: 1-Zachary Sci­berras, 2-Raoul Greco, 3-Mark Demarco, 4-Nico Schiavone, 5-Mark Carani (1), 6-Sam Azzopardi, 7-David Fenech, 8-Niall Saliba, 9-Nenad Kacar (2), 10-Gerald Sammut, 11-Keith Tanti (1), 12-Niccolo Gitto (3), 13-André Theuma, 14-Jacob Saliba (2)  - Coach: Giuseppe Dato

    Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli, 4-Malcolm Manara (1), 5-Max Aquilina, 6-Liam Grixti, 7-Kyle Navarro, 8-Kristijan Milakovic (3), 9-Konstantin Averka (7), 10-Jan Culic (1), 11-Reinhard Attard, 12-Luca Felice (2), 13-Max Borg, 14-Jake Ciantar (1) - Coach: Dorian Pisani

    Referees: Alex De Raffaele, Stefano Alfi

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0