Trump jinsisti li hu mhux razzist

  • Lul 16, 2019 19:14
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President Amerikan Donald Trump qiegħed jinsisti li hu mhux razzist. Dan wara li ġie akkużat b’razziżmu għax fuq twitter tella’ kumment li fih attakka nisa tal-kungress tal-Demokratiċi.

    F’din it-tweet Trump qal li dawn in-nisa “oriġinajrament ġejjin minn pajjiżi li l-gvernijiet tagħhom huma katastrofu totali” u ftit wara ssuġġerixxa li dawn għanhom “immorru lura”. 

    Din it-tweet saret fil-konfront ta’ grupp ta’ erba’ congresswomen li huma ta’ ġilda skura. Tajjeb li ngħidu li tlieta minn dawn ġew imwielda u mrobbijin fl-Istati Uniti filwaqt li r-raba’ waħda kienet marret l-Istati Uniti meta kienet għadha żgħira ħafna. 

    Il-Partit Repubblikan ża­mm lura milli jagħti kummenti dwar dan kollu hekk kif il-kritika kienet waħda kbira ħafna. 

    In-nisa: Alexandira Ocasio-Cortez, Rashida Tliab, Ayanna Pressley u Ilhan Omar, kollha ddeskrivew lill-president bħala razzist u dawn sabu l-appoġġ tal-mem­bri tal-Partit Demokratiku. 

    Fi tweet li kienet maqsuma fi tliet biċċiet, Trump akkuża lill-congresswomen li kienu qegħ­din jattakkaw b’mod feroċi kemm lilu u anke lill-Istati Uniti. Il-President ma semmiex bl-isem għal min kien qiegħed jirreferi iżda l-kuntest u r-referenza għall-Ispeaker tal-Kamra Na­ncy Pelosi taw indikazzjoni għal min kien qiegħed jgħid.  Trump qal li jekk iridu Pelosi tista’ torganizzalhom mod kif għandhom iħallu l-pajjiż. 

    Ġimgħa ilu Pelosi kellha argument ma’ dawn l-erba’ nisa – li xi drabi jiġu mlaqqma bħala “l-iskwadra” – iżda minkejja dan hija ddefendiethom fid-dawl ta’ dawn it-tweets. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0