Eks-deputat jitlob azzjoni dwar il-massage parlours

  • Lul 16, 2019 18:23
  • Miktub minn iNews
"

    L-eks-membru parlamentari Jeffrey Pullicino Orlando qed jappella lill-awtoritajiet biex jieħdu passi fid-dawl taż-żieda fil-każijiet ta' mard trasmess sesswalment.

    Huwa u jikkummenta dwar l-aħħar statistika li fiha Malta rriżulta li kellha żieda ta' 123% fil-każijiet tas-'syphilis', waħda mill-infezzjonijiet trasmessa bis-sess, Pullicino Orlando rrimarka kif f'pajjiżna qed jinfetħu 'massage parlours' iktar minn pastizzerji.

    “L-aqwa li ngħattu x-xemx bl-għarbiel u naċċettaw sitwazzjoni fejn l-prostituzzjoni mhux legalizzata u irregolata f'Malta. Tapars m'hemmx għalfejn”.

    Pullicino Orlando semma kif hemm nisa li qegħdin jiġu infettati b'mard trasmess sesswalment għax ir-raġel tagħhom ikun mar għall-“massaġġi” u kien hawn li nsista li meħtieġa azzjoni immedjata.

    Intant il-Gvern fi żmien qasir mistenni jiftaħ konsultazzjoni li se tindirizza l-massage parlours li joffru servizzi sesswali.  Dan kien irrizulta  minn stqarrija maħruġa mis-Segretarjat għar-Riformi, iċ-Ċittadinanza u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva, fir-rigward tal-konklużjonijiet tat-Trafficking in Persons Report tal-2019.

    Intqal li għalkemm Malta għadha mhux klassifikata bħala Tier 1, ir-rapport innota ż-żieda fil-baġit kontra t-traffikar, l-investiment fl-għoti ta’ servizzi ta’ appoġġ lill-vittmi ta’ traffikar, u l-opportunitajiet ta’ taħriġ pprovdut mill-Gvern lil entitajiet pubbliċi u s-settur privat.

    Is-Segretarjat Parlamentari qal li ħa nota tar-rakkomandazzjonijiet biex jintroduċi liġijiet ġodda li jiġġieldu l-isfruttament tal-persuni fil-massage parlours, u jħaffef l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-proċess tal-Qorti.

    Qal li fil-fatt dawn iż-żewġ kwistjonijiet se jkunu indirizzati mill-Gvern f’dokument ta’ konsultazzjoni li se jiġi ppubblikat fil-ġimgħat li ġejjin.

    Din il-konsultazzjoni qed titqies bħala l-ewwel pass lejn strateġija nazzjonali ħolistika kontra t-traffikar tal-bnedmin, li se tkun akkumpanjata minn kampanja edukattiva dwar din it-tema.

    Il-każijiet ta' syphilis f'Malta jiżdiedu b'123%

    Din il-kwistjoni faqqgħet wara li rapport mill-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) wera li fuq medda ta' 10 snin il-każijiet tas-syphilis f'pajjiżna żdiedu b'123%.
    Is-syphilis hija infezzjoni trasmessa sesswalment għalkemm tista' tiġi tgħaddi minn omm lit-tarbija waqt it-tqala jew waqt it-twelid.
    Ir-rapport juri li waqt li fl-2007 kien hawn biss 11-il każ u allura 2.7 każijiet għal kull 100,000 abitant, fl-2017 dan tela għal 62 li kien ifisser 13.5 għal kull 100,000 resident fil-pajjiż.
    Malta kellha l-ħames l-ikbar żieda fl-Ewropa bl-Iżlanda tara splużjoni fil-każijiet li żdiedu bi 876%.
    Warajha ġew l-Irlanda b'żieda ta' 224%, ir-Renju Unit b'153%, il-Ġermanja b'144% aktar rapporti u Malta.
    F'sitt pajjiżi biss ġie innutat tnaqqis fis-syphilis bl-ikbar tnaqqis ikun fir-Rumanija fejn il-każijiet naqsu b'53%.
    Malta għandha wkoll it-tieni l-ogħla rata ta' rġiel bis-syphilis hekk kif bħal fir-Renju Unit kellha 22 minn kull 100,000 li laqqtu din l-infezzjoni.
    Kienet biss l-Iżlanda li kellha rata ogħla minn ta' Malta fejn jidħlu l-irġiel hekk kif kellha 25 każ għall-istess ammont ta' residenti.
    Ir-rapport jikkwota lit-tabib Malti Andrew Amato Gauci, espert tal-ECDC fuq infezzjonijiet trasmessi sesswalment, jgħid li ż-żieda fis-syphilis madwar l-Ewropa hija riżultat ta' diversi fatturi fosthom nies li ma jużawx il-kondoms u persuni li qed ikollhom x'jaqsmu ma' iktar minn persuna waħda.
    Huwa irrefera għall-fatt li żewġ terzi tal-każijiet kienu jinvolvu rġiel li kellhom sess ma' rġiel oħra u esprima t-tħassib li hemm irġiel li donnhom mhux imħassbin mill-HIV.
    “Biex nirriversjaw din it-tendenza rridu ninkoraġixxu lin-nies jużaw il-kondoms b'mod regolari meta jkollhom x'jaqsmu ma' persuni ġodda”, żied jgħid Dr Amato Gauci.
    B'mod ġenerali l-persuni li nstab li kellhom is-syphilis żdiedu b'70% fuq l-istess medda ta' snin u laħqu l-260,000 bi 33,000 minnhom matul l-2017. Minbarra t-trasmissjoni bejn il-gays irġiel kien hemm 23% tal-każijiet fejn l-infezzjoni nstabet f'irġiel eterosesswali u 15% fin-nisa.
    Is-syphilis hija infezzjoni trasmessa sesswalment u tista' toħloq problemi serji jekk ma tiġix trattat.
    L-infezzjon tista' tittieħed waqt anke waqt sess orali u dak fil-warrani fejn b'mod ġenerali tidher marka fuq il-parti infettata.
    Min hu attiv sesswalment huwa mħeġġeġ ikollu sieħeb jew sieħba waħda u jekk f'riskju għandu juża kondom.
    L-iktar f'riskji huma rġiel li jkollhom x'jaqsmu ma' rġiel oħra, dawk li għandhom l-HIV u min is-sieħeb jew sieħba diġa għandhom is-syphilis.

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0