Ministru Ġermaniż isejjaħ għal koalizzjoni biex jitqassmu l-immigranti

  • Lul 16, 2019 17:56
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż, Heiko Maas, iddikjara li dawk l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jaqblu li l-immigranti jitqassmu f’pajjiżi Ewropej biex il-piż jinqasam aħjar, għandhom jaraw li jiffurmaw koalizzoni bejniethom. Dan biex bejniethom jibdew iqassmu l-immigranti salvati u b’hekk jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn immigranti jagħmlu jiem bejn sema u ilma. 

    Hu qal li l-Ġermanja għandha tippromwovi ‘koalizzjoni ta’ pajjiżi li lesti jaċċettaw l-immigranti’. Saħaq li “naħseb li għandna nmexxu ma’ dawk il-pajjiżi li lesti jaċċettaw  l-immigranti. Il-pajjiżi l-oħra għandhom jibqgħu mistiedna biex jekk iridu jipparteċipaw”. Hu spjega li l-Ġermanja lesta li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali lejn din l-alleanza, basta jkun hemm sistema ta’ distribuzzjoni ta’ immigranti. 

    Maas, qal li m’għandux ikun hemm aktar kwistjonijiet fejn se jiddaħħlu l-immigranti. Qal ukoll li l-fatt li hemm pajjiżi li mhux lesti jaċċettaw immigranti, m’għandux iżomm mlli jintlaħaq ftehim bejn pajjiżi oħra. 

    Ta’ min jgħid li fl-aħħar xhur u ġimgħat rajna diversi okkażjonijiet fejn immigranti jagħmlu jiem bejn sema u ilma, minħabba li l-Italja għalqet il-portijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0