Jeff Hardy jiġi arrestat

  • Lul 16, 2019 17:28
  • Miktub minn iNews
"

    L-atleta ta’ WWE Jeff Hardy ġie arrestat f’South Carolina wara li allegatament kien taħt l-effett tal-alkoħol.

    Huwa ġie arrestat nhar is-Sibt li għadda fil-bajja Myrtle. Skont TMZ Hardy ġie meħlus ftit tas-sigħat wara. Il-pulizija kienu msejħa f’Myrtle Beach wara li xi ħadd irrapporta li kien hemm raġel fis-sakra. It-telefonata daħ­let fil-11.30 a.m.

    F’Marzu tas-sena li għaddiet Hardy kien ġie arrestat f’North Carolina wara li kien involut f’ħabta. Kien irrapportat li dakinhar huwa kien qiegħed isuq taħt l-effett tal-alkoħol. 

    Jeff Hardy ilu barra mix-xena għal dawn l-aħħar ġimgħat wara li weġġa’ waqt attività mxandra diretta. L-atleta ta’ 41 sena qal li se jkun qiegħed jieqaf bejn sitt xhur u disa’ xhur sakemm jirkupra saħtu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0