[Aġġornata] Ursula von der Leyen eletta President tal-Kummissjoni Ewropea

  • Lul 16, 2019 17:08
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Parlament Ewropew għadu kif approva n-nomina tal-Ġermaniża, Ursula von der Leyen bħala President tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin.

    Il-Parlament kien maqsum fuq in-nomina tagħha u von der Leyen ġiet approvata b’383 vot favur u 327 vot kontra waqt li kien hemm 22 li astjenew.

    Qabel: Wara li identifikat il-ħtieġa kollettiva għal “pjaneta b’saħħitha bħala l-akbar sfida u responsabbiltà tagħna”, is-Sinjura von der Leyen ipproponiet miri ta’ emissjonijiet aktar ambizzjużi, b’tnaqqis ta’ 50% sa’ 55% sal-2030 u impenjat ruħha biex tippreżenta pjan għal “Green Deal għall-Ewropa” u Liġi Ewropea dwar l-Ambjent fl-ewwel 100 jum li tkun saret President. Hija ħabbret ukoll pjanijiet għal investimenti f’Ewropa sostenibbli li għandhom jipprovdu triljun Euro f’investimenti f’għaxar snin.

    Is-Sinjura von der Leyen saħqet ukoll li l-UE għandha tistabbilixxi ekonomija li taqdi lin-nies. Sabiex dan iseħħ, madankollu, “jeħtieġ li kullħadd jaqsam il-piż” - inkluż dawk il-ġganti teknoloġiċi li jagħmlu negozju fl-Ewropa, iżda ma jħallsux lura ċ-ċittadini Ewropej għall-aċċess għall-kapital uman u soċjali tal-UE. 

    Is-Sinjura von der Leyen tenniet l-impenn tagħha għal Kulleġġ ta' Kummissarji bbilanċjat bejn is-sessi matul il-mandat tagħha. Hija indikat ukoll li l-vjolenza kontra n-nisa trid tiġi ttrattata b’mod deċiżiv; għalhekk kienet ser tfittex li tiddefinixxi l-vjolenza kontra n-nisa bħala reat kriminali fit-trattati tal-UE, flimkien mal-ikkompletar tal-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul. 

    Is-Sinjura von der Leyen, iddikjarat l-impenn tagħha għall-istat tad-dritt bħala valur Ewropew, u ħabbret li bi ħsiebha tistabbilixxi mekkaniżmu tal-UE li jikkomplementa l-miżuri eżistenti. Hija enfasizzat li dawn il-valuri Ewropej jinkludu wkoll id-dmir li jiġu salvati l-ħajjiet fil-baħar u għalhekk il-politika tal-konfini trid tkun umana. Hija ddikjarat l-appoġġ tagħha għal "Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil" u riforma tar-Regolament ta' Dublin, u żiedet li hija maħsuba biex tiżgura li l-uffiċjali tal-fruntieri tal-Frontex ma jaslux għal 10,000 sal-2027, iżda sal-2024, u li l-pajjiżi kollha għandhom jerfgħu s-sehem tagħhom tal-piż abbażi tal-prinċipju tas-solidarjetà Ewropea. 

    Dwar is-suġġett tad-demokrazija Ewropea, is-Sinjura von der Leyen ħabbret Konferenza għall-Ewropa ta’ sentejn sa’ mill-2020, li fiha ċ-ċittadini se jkollhom rwol ewlieni u attiv. Hija saħqet ukoll li s-sistema tal-Spitzenkandidat għandha tissaħħaħ u li l-listi trans-nazzjonali għandhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid fl-elezzjonijiet Ewropej futuri. Hija ddikjarat wkoll l-appoġġ sħiħ tagħha għal dritt ta’ inizjattiva għall-Parlament Ewropew, u impenjat ruħha biex tippreżenta proposta leġiżlattiva b’risposta għal kull riżoluzzjoni li tiġi adottata mill-Parlament Ewropew.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0