“Pupazzi bl-ispag jinġibed minn wara l-kwinti“ - is-sitwazzjoni fil-PN

  • Lul 16, 2019 15:46
  • Miktub minn iNews
"

    Minkejja li bil-ħatra ta’ Louis Galea li għandu l-inkarigu ċar li jmexxi ir-riforma fil-Partit Nazzjonalista, għadd ta’ fake profiles kemm favur u kontra il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia sparixxew, xorta waħda fit-tmexxija interna qed jintwera tħassib dwar siti ġodda li faqqsu riċentament. Fost dawn hemm is-sit ‘PN mill-ġdid rebbieħ’, sit li qed ixandar kwotazzjonijiet ta’ diversi esponenti l fl-aħħar ġimgħat ħarġu jikkritikaw bla ħniena lill-Kap Adrian Delia.   Kitba li ħolqot rabja kienet dik li Jeremy Gellel, li sa ftit xhur ilu kien jappoġġja lil Delia illum m’għadux itih l-appoġġ.

    Sorsi qrib il-Partit Nazzjonalista li tkellmu ma’ inewsmalta qalulna li “hemm indikazzjonijiet ċari ħafna ta’ min hemm wara dan is-sit. Dan hu sit li l-intenzjoni tiegħu hi biss li tagħmel ħsara lil Adrian Delia li ġie elett demokratikament mill-kunsilliera u t-tesserati.  Dan hu sit li l-għan tiegħu hu biss li jippova jdawwar kunsilliera u tesserati biex jivvutaw kontra Delia. Nemmnu li dan is-sit, għandu jieqaf itella’ materjal, għallinqas sakemm tgħaddi l-votazzjoni”, qalulna l-istess sorsi.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0