Serb imfittex fuq feriment… il-Pulizija temmen li għadu f’Malta

  • Lul 16, 2019 15:16
  • Miktub minn iNews
"

    Minkejja diversi kuntatti ma’ persuni Serbi u oħrajn qrib  ta’ persuna mis-Serbja li qed tkun imfittxija mill-Pulizija b’rabta ma’ feriment ta’ raġel ieħor mill-Maċedonja, ir-riżultati baqgħu ma tawx eżitu pożittiv. Inewsmalta tinsab infumata li l-Pulizija temmen li din il-persuna mis-Serbja bl-isem ta’ Milos Vidakovic, aktarx li għadha f’Malta.  Sorsi qrib il-Pulizija qalulna li jemmnu li l-persuna ma telqitx min Malta.  Diversi tfittxijiet li saru kollha taw riżultat negattiv.

    Il-Pulizija se tkompli għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha fejn it-tfittxijiet mistennija infirxu lejn lokalitajiet oħra f’Malta.
    L-allegat aggressur kien ġie identifikat bħala Milos Vidakovic ta’ 32 sena, bil-Pulizija tippubblika wkoll ritratt tiegħu fejn talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex dan jinstab.
    Il-każ seħħ nhar l-24 ta’ Ġunju, għall-ħabta tad-9.30 p.m. meta l-Pulizija ġew mgħarrfin li raġel barrani mar fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta kollu dmija u minn hemm ittieħed l-Isptar Mater b’ambulanza.
    Mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li raġel Maċedonjan ta’ 58 sena kien qala’ daqqiet b’arma li taqta’ u bil-ponta waqt argument li seħħ fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, f’Buġibba. Huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura serja.
    Minnufih bdiet it-tfittxija għall-allegat aggressur f’San Pawl il-Baħar li ssoktat fl-inħawi tal-Mosta fejn allegatament ġie rrapportat li deher f’din il-lokalità.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0