Ftuħ ta’ Skolasajf 2019... madwar 12,000 tifel u tifla jattendu

  • Lul 16, 2019 14:41
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo żar l-iskola primarja tal-Ħamrun GP, wieħed mic-ċentri li fih is-servizz ta’ Skolasajf 2019 qed jiġi offrut fost 57 ċentri oħra madwar Malta u Għawdex. Is-servizz ta’ Skolasajf igawdu minnu wkoll studenti Għawdxin f’7 ċentri f’Għawdex u f’ċentri tar-riżorsi. Dan is-servizz annwali jinvolvi l-impjieg ta’ 2,000 ħaddiem, fosthom 820 playworkers u 860 child support workers biex jieħdu ħsieb madwar 12,000 tifel u tifla.

    Għal sena oħra, Skolasajf 2019 fetħet il-bibien tagħha t-Tnejn 15 ta’ Lulju għal tfal tal-primarja u tas-sekondarja filwaqt li fit-tieni ġurnata ngħaqdu magħhom tfal li jattendu fis-snin tal-kinder. Dan is-servizz se jibqa’ għaddej għal tmien ġimgħat mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8:30 ta’ filgħodu san-12:30 ta’ waranofsinhar. Is-servizz tal-ħin estiż għal darba oħra hu provdut għall-ġenituri li jaħdmu u qed jiġi offrut f’ċentri varji li jkopru l-ħinijiet mis-7:00 sat-8:30 ta’ filgħodu u min-12:30 sal-5:30 ta’ waranofsinhar. 

    Skolasajf hu proġett nazzjonali organizzat mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) li joffri edukazzjoni mhux obbligatorja matul ix-xhur tas-sajf. Tfal ta’ bejn it-tliet snin u s-sittax-il sena jistgħu jattendu għal programm sħiħ ta’ attivitajiet u jistgħu jagħżlu li jattendu fil-lokalità tal-għażla tagħhom b’kull ċentru joffri l-istess programm ta’ attivitajiet skont il-linji gwida uffiċjali maħruġa mill-FES stess. 

    It-tema ewlenija għal Skolasajf ta’ din is-sena hi ‘My Travel Journal’ li ġiet deskritta bħala vjaġġ ta’ esperjenzi li t-tfal se jakkumulaw matul it-tmien ġimgħat. Il-ħaddiema tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) ilhom xhur sħaħ jaħdmu biex kollox ikun preparat għal Skolasajf u dan jinkludi wkoll programm ta’ attivitajiet varji li jqanqlu l-kurżità għall-esplorazzjoni tal-ħajja u t-tiftix għat-tweġibiet.

    ‘My Travel Journal’ se joffri lit-tfal ukoll opportunitajiet li jipparteċipaw f’attivitajiet ma’ msieħba differenti li ġejjin minn kull qasam, kemm dipartimenti tal-gvern u parastatali, kumpaniji privati, assoċjazzjonijiet sportivi u anke għaqdiet mhux governattivi. Dan l-impenn jissarraf f’diversi żjarat kemm fl-iskejjel kif ukoll f’siti differenti fejn it-tfal se jfaddlu memorji kulturali, ambjentali, finanzjarji u teknoloġiċi. F’dawn l-attivitajiet it-tfal se jesperjenzaw u jitgħallmu xi tfisser iż-żamma tal-ordni, l-apprezzament tal-wirt storiku Malti, is-suċċess tal-intrapriża, l-avvanz fit-teknoloġija u r-rikkezza tal-litteriżmu.

    Waqt iż-żjara tiegħu, il-Ministru Bartolo akkumpanjat miċ-Chairperson tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi Elena Borg u mill-Kap Eżekuttiv Dermot Galea ltaqgħu mat-tfal li kienu qed jieħdu sehem f’attività edukattiva dwar l-impatt negattiv tal-inkwinament tal-baħar u l-periklu li joffri dan l-iskart lill-kreaturi tal-baħar. Żaru sezzjoni oħra li titratta l-attività fiżika li tagħmel parti minn programm sportiv estensiv, liema programm hu mfassal bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni Fiżika. L-għan tal-programm sportiv hu mmirat li jrawwem fit-tfal stil ta’ ħajja attiva u li jagħrfu u japprezzaw il-benfiċċji miksuba mill-attività fiżika .

    Il-Ministru Bartolo rringrazzja lill-koordinaturi ta’ Skolasajf u lil dawk kollha involuti fi ħdan l-FES tax-xogħol kollu tagħhom biex jiġi offrut dan is-servizz li joffri programm informali iżda edukattiv fejn it-tagħlim hu ta’ pjaċir u fl-istess ħin jieħdu gost jitgħallmu fuq aspetti differenti fuq il-pajjiż fejn t-tfal jiżviluppaw il-ħiliet varji tagħhom. Dan il-mod ta’ tagħlim m’għandux ikun biss fis-sajf imma matul is-sena biex it-tfal ikunu aktar interessati fl-edukazzjoni, qal il-Ministru Bartolo.  

    Il-Ministru żied li hemm bżonn li nimpenjaw ruħna aktar fost l-istudenti ta’ livelli post-sekondarju u terzjarju u li nsibu mod li jieħdu sehem għal aktar ħiliet ta’ formazzjoni tagħhom u tkun t’għajnuna biex intejbu l-esperjenza ta’ Skolasajf. L-appell aħħari tal-Ministru Bartolo kien immirat lejn il-ġenituri li lil hinn minn Skolasajf importanti li matul il-vaganzi tas-sajf il-ġenituri jqattgħu l-ħin ma’ uliedhom u li inizjattivi bħal childcare, Skolasajf u Klabb 3-16 m’għandhomx iservu biex iċedu r-responsabilitajiet tagħhom iżda l-ewwel edukaturi għandhom ikunu l-ġenituri. 

    Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima u s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Francis Fabri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0