Raġel midrub gravi f'argument f'San Ġiljan

  • Lul 16, 2019 14:23
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel indarab wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11.10 a.m kien involut f’argument fi Triq Lapsi San Ġiljan.

    Il-Pulizija tad-distrett u dawk mir-Rapid Intervention Unit marru minnufih fuq il-post fejn sabu raġel ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar li kien sofra xi ġrieħi f’wiċċu. 

    Minn investigazzjonijiet li rasu rriżulta li huwa kien safa ferut permezz ta’ arma li taqta’ u bil-pnta waqt argument li kellu ma’ raġel ieħor ta’ 44 sena u li joqgħod San Ġiljan.

    Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-midrub lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. La r-raġel l-ieħor u lanqas mara oħra ta’ 32 sena li kienet involuta fl-argument ma sofrew ebda ġrieħi.

    Is-suspettat għadu qiegħed jinżamm mill-Pulizija filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0