Iktar kmieni llum, il-Qorti kompliet tinstema il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Francesco Fenech u Lorin Scicluna, ż-zewġ suldati ta’ 21 u 22 sena rispettivament, akkużati bil-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane ta’ 42 sena wara drive-by f’Birżebbuġa, u kif ukoll l-attentat ta’ qtil ta’ żewġ persuni oħra.
Fost ix-xhieda li spikkat l-iktar, kien hemm dik ta’ Ibrahim Bah, wieħed mir-residenti ġewwa l-Open Centre. Bl-għajnuna ta’ traduttur, Bah tenna kif dak il-lejl, huwa kien qiegħed jara logħba futbol ġewwa Birżebbuga, flimkien ma’ ħabib tiegħu mill-Gambia. “Morna naraw lill-Atletico Madrid jilgħabu, f’ħanut tal-imħatri. Il-ħanut kien mimli daqs bajda, pero’ ma ġara xejn, u xħin lestejna, bdejna nimxu lura lejn Ħal Far.”
“F’daqqa waħda, smajna ħoss b’saħħtu quddiemna. Ma kontx naf mal-ewwel x’inhuwa, tant li l-ħabib tiegħi assuma li kienu logħob tan-nar. Ma niftakarx kemm kien hemm sparaturi bl-eżatt, pero naf li ftit wara li smajna l-ħoss, ħassejt id-demm ħiereġ minn ġembi. Inżajt il-qalziet, u nara ferita ta’ arma tan-nar.”
Bah tenn kif huwa l-ewwel sema sparaturi fil-bogħod, “imbagħad rajt karozza tiġri minn ħdejna. Smajna ħoss ieħor b’saħħtu, u ħassejt uġigħ fil-warrani. Meta beda ħiereġ id-demm, indunajt li kont milqut.” Il-vittma saħaq li l-vettura għaddiet biss brixx minn ħdejh, pero minħabba n-nuqqas ta’ dawl, ma setax jara min kien qiegħed isuq, jew min kien qiegħed jispara.
“Wara li laqtuni, inżilt mal-art, u għidt lill-ħabib tiegħi li kont milqut. Wara li għaddiet il-karozza, ġrejt għall-għalqa, u ġrejt għat-telefon ċellulari. Ċempilt lil ħabib tiegħi biex iċempel lill-pulizija, pero ma kienx jaf x’inhuwa n-numru tal-emerġenza. Għalhekk, għadt fl-għalqa nistenna l-għajnuna, sakemm ġew il-pulizija u l-ambulanza.”
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.