“Malta tħares lejn possibiltajiet ta’ investment u kummerċ lejn il-pajjiżi tal-Golf” - il-Ministru Carmelo Abela

  • Lul 16, 2019 11:48
  • Miktub minn iNews
"

    Malta hija entużjasta fuq ir-relazzjonijiet bilaterali mal-pajjiżi tal-Golf. Pajjiżna għandu relazzjoni tajba ħafna magħhom u ninsabu pożittivi li permezz ta’ ħidma proattiva dawn ikomplu jissaħħu. Dan kien il-messaġġ tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela waqt laqgħa ma’ grupp ta’ ġurnalisti barranin mill-pajjiżi tal-Golf Gharbi li żaru Malta fl-aħħar jiem.

    Il-Ministru Abela spjega kif avolja Malta hi pajjiż żgħir għandha ħafna x’toffri fis-suq globali inkluż fl-aħħar teknoloġija. “Jekk mhux is-settur tat-turiżmu, is-servizzi finanzjarji, is-setturi tat-teknoloġija u l-manifattura, konvinti li għandna varjeta ta’ soluzzjonijiet li nistgħu noffru fis-swieq internazzjonali. Spjega is-suċċess ekonomiku li bħalissa pajjiżna għaddej minnu bir-rata tal-qgħad hija waħda minima tant li l-pajjiż jehtieg aktar riżorsi umani.

    Abela irrimarka l-importanza tad-djalogu bejn in-nazzjonijiet sabiex jiġu solvuti l-isfidi u l-konflitti eżistenti. Fakkar kif Malta hija pajjiż newtrali li temmen fid-djalogu bħala l-aħjar għodda li biha tista’ ssolvi l-problemi. “Il-ġlied tal-kummerċ avolja qegħdin isiru spissi, nemmnu li bihom jista’ biss ikun hemm pajjiżi li joħorġu telliefa, kemm fl-immedjat u anke aktar ‘l bogħod.  Il-promozzjoni tad-djalogu u l-ħidma konġunta hija ċ-ċavetta”, qal Abela.

    Huwa tkellem ukoll fuq il-Libja fejn qal li l-ebda sitwazzjoni militari m’hi ser issolvi is-sitwazzjoni attwali. Din tista biss toħloq iżjed tixrid ta’ demm bejn fazzjoniiet differenti. Qal kif l-aqwa ħaġa hija għal leadership politika għal fazzjonijiet kollha li jpoġġu bilqegħda madwar mejda u jibdew djalogu.

    Abela irrimarka s-sodisfazzjon tieghu fir-rigward tar-relazzjonijiet li qegħdin jikbru mal-Indja. Qal kif Malta għandha Kummissjoni Għolja ġewwa New Delhi u l-Indja għandha wkoll missjoni fil-Belt Valletta. “F’perjodu relattivament qasir, ħadna diversi passi maġġuri fejn jidħlu r-relazzjonijiet bilaterali tagħna mal-Indja. Irrispettivament mid-daqs tal-pajjiżi, għandna koperazzjoni tajba sabiex dawn ir-relazzjonijiet ikomplu jissaħħu”, qal Abela.

    Semma kif Malta qegħda wkoll tespandi l-preżenza tagħha diplomatika f’reġjuni oħrajn fid-dinja. Is-sena l-oħra Malta fetħet Ambaxxata f’Accra fil-Għana u din is-sena ser tkun qed tiftaħ Ambaxxata fil-Ġappun u Konsolat fil-Marokk.

    Il-Ministru Abela ġie mistoqsi wkoll fuq il-kwistjoni ta’ Brexit fejn semma’ kif Malta bħala pajjiż tal-Commonwealth għandha relazzjonijiet fil-qrib mar-Renju Unit. Tkellem kif Malta se tkun qed titlef alleat fi hdan l-UE meta r-Renju Unit ma jibqax membru tal-istess Unjoni. Fl-istess waqt Brexit qed toffri opportunitajiet sabiex intrapriżi li qegħdin fir-Renju Unit, permezz ta’ investiment gewwa pajjizna, jkunu jistgħu jgawdu minn preżenza fl-UE.

    Waqt din il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll il-Konslu Ġenerali Malti għal Dubai u l-Emirati tta’ Fuq Anthony P. Tabone li tkellem fuq l-Expo Dubai 2020 fejn Malta għandha l-ħsieb li tipparteċipa u tesebixxi dak li hi għandha x’toffri lil 25 miljun viżitatur li huma mistennija jżuru din il-fiera. F’din ir-raba’ expo dinjija Malta se tkun qed tesebixxi it-tema magħżula għal pajjiż “Connecting cultures, generating opportunities”. L-organizazzjoni min-naħa ta’ Malta qegħda issir mil-Malta Enterprise. Huwa qal kif din hija opportunita għal intrapriżi Maltin hekk kif iżjed minn 200 pajjiż huwa mistennija li jipparteċipaw f’din l-attività. Qal kif il-konsulat diġa huwa infurmat b’numru ta’ delegazzjonijiet tal-kummerċ li ġejjin minn Malta sabiex jieħu vantaġġ minn din l-attività globali.

    Il-Konslu Ġenerali Tabone semma’ kif il-Konsulat organizza il-mawra ta’ dan il-grupp ta’ ġurnalisti mill-Golf, f’Malta bil-għajnuna tal-Malta Enterprise, MTA, Property Malta and Finance Malta bil-għan taż-żjara tkun sabiex nuru l-possibiltajiet ta’ investiment li Malta għandha x’toffri lil pajjiżi tal-Golf. Ikkonkluda billi qal li l-messaġġ li dawn il-ġurnalisti għandhom jieħdu magħhom huwa li Malta hija pajjiż miftuħ li tilqa’ turiżmu, investiment lejn il-pajjiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0