“Il-Malti x’tambih?“ - Godfrey Leone Ganado

  • Lul 16, 2019 11:17
  • Miktub minn iNews
"

    Minn żmien għal żmien ġieli smajna min ikasbar il-lingwa tagħna - il-Malti.  Sfortunatament fl-aħħar sigħat inkitbet waħda mill-agħar dikjarazzjonijiet li qatt smajna. 

    Din inkitbet min Godfrey Leone Ganado li hu ilu jaħdem fil-professjoni tal-accounting għal dawn l-aħħar 50 sena u tulhom qatt ma kellu bżonn il-lingwa Maltija.  Ganado jikteb ‘wieħed x’jambih il-Malti?’, waqt li saħaq li l-Malti għandu jiġi kkunsidrat bħala lingwa barranija  u jitneħħa minn suġġett obbligatorju.

    Din id-dikjarazzjoni iddiżgustat lil għadd ta’ għalliema tal-Malti u l-organizazzjonijiet li jaħdmu favur il-lingwa Maltija. Mhux eskluż li dawn l-għaqdiet joħorġu l-pożizzjoni tagħhom dwar din l-istqarrija ta’ Ganado.

    Ta’ min jgħid li Leone Ganado mhux l-ewwel darba li sab ruħu f’nofs kontroversja hekk kif kemm-il darba rajnieh jinfexx jattakka u jgħajjar lil diversi nies.

    Kien l-istess Leone Ganado li għajjar lil Rosianne Cutajar “qaħba” u kien l-istess Leone Ganado li fetaħ il-kanuni fuq it-tfal tal-Prim Ministru meta esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-frame-up Egrant.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0