“Ma ndumux qabel id-deċiżjonijiet jittieħdu bil-ponnijiet”

  • Lul 16, 2019 10:21
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif illejla mistenni jiltaqa l-kumitat eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, f’kumment fuq il-midja soċjali, id-Deputat Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi, f’botta lejn il-partitarji nazzjonalisti li eleġġew lil Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, kiteb li “s-sewwa m’għandu jkun qatt is-suġġett ta’ konkors tal-isbuħija.”

    “Wieħed qatt ma jista jiddeċiedi x’inhuwa s-Sewwa abbażi ta’ kemm huma n-nies li jiffavorixxu il-perspettiva tagħhom. Verament qegħdin ngħixu f’soċjeta fejn il-kwantita titqies ikbar mil-kwalita.”

    Azzopardi għamel referenza għall-filosfu Søren Kierkegaard, “li meta niġu għall-punt fejn hija l-kotra li tagħmel il-ġudizzju tagħha, ma jdumx qabel id-deċiżjonijiet isiru bil-ponn.” Dan is-sentiment jista jitqies bħala wieħed kritiku tal-mod kif l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista tal-2017, kienet infetħet għall-ewwel darba biex tinvolvi lit-tesserati tal-Partit.

    Dan is-sentiment anti-demokratiku huwa wkoll eku ta’ dak li ntqal mill-eks Segretarju Ġenerali tal=PN, Louis Galea, li kien inħatar mill-istess Delia biex jassigura r-riforma interna fi ħdan il-PN. F’kumment ma’ ġurnal lokali, Galea ammetta li “kien żball li ħallejna lill-membri tal-PN jeleġġu lill-mexxej tal-Partit, għaliex kienet deċiżjoni li qasmet lill-partit f’numru ta’ fazzjonijiet differenti.”

    Il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista sejra tkompli tiddiskuti l-Kunsill Ġenerali tas-27 ta’ Lulju li ġej, li kien imsejjaħ mill-Kap Adrian Delia b’risposta għall-petizzzjoni mressqa minn numru ta’ membri tal-Eżekuttiv, fosthom l-eks President Mark Anthony Sammut, fuq jekk Delia għandux jibqa fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

    Jirriżulta madanakollu li, din il-petizzjoni ma ġietx aċċettata mill-istrutturi tal-Partit, wara li 84 mill-200 firma mniżżla “jew ma kinux validi, jew inkella ma kienux aġġornati.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0