Jacob Zuma jiċħad l-akkużi ta’ korruzzjoni

  • Lul 16, 2019 08:35
  • Miktub minn iNews
"

    L-eks-President tal-Afrika t’Isfel Jacob Zuma qal lill-imħallef li l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni kontrih huma “konfoffa” biex ineħ­ħuh mill-kariga tiegħu. 

    Huwa kien qiegħed jidher għall-ew­wel darba quddiem inkjesta maħtura apposta li qiegħda tinvestiga l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni li saru fil-konfront tiegħu fi żmien meta hu kien imexxi l-pajjiż. Hekk kif hu kien dieħel fil-bini fejn qiegħed jinstema’ l-każ tiegħu kien hemm jilqgħuh għadd ta’ attivisti tiegħu.

    Zuma kien sfruzat li jirriżenja minn President fi Frar tal-2018. Floku kien laħaq id-deputat tiegħu Cyril Ramaphosa, li kien wiegħed li se jiġġieled il-korruzzjoni fl-Afrika t’Isfel. Ramaphose kien iddeskriva d-disa’ snin ta’ tmexxija ta’ Zuma bħala “moħlija”. L-allegazzjonijiet kontra Zuma huma ffokati dwar ir-relazzjoni kontroversjali tiegħu mal-familja Gupta, fejn allegatament dawn influwenzaw il-ħatriet fil-kabinett u anke rebħu tenders statali b’korruzzjoni. Zuma qiegħed jiġi akkużat ukoll li rċieva tixħim mill-kumpanija Bosasa li hija mmexxija mill-familja Watson. 

    Il-partijiet involuti kollha qed jiċħdu dawn l-allegazzjonijiet. Waqt is-smigħ, Zuma allega li aġenziji barranin internazzjonali, li hu ma semmihomx b’isimhom, huma l-moħħ wara komplott biex hu jitneħħa mill-poter. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0