UCL: Illum Valletta jilagħbu kontra F91 Dudelange … b’ċans tajjeb li jikkwalifikaw

  • Lul 16, 2019 00:37
  • Miktub minn iNews
"

    Illum, Valletta jilagħbu t-tieni leg tal-ew­wel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League meta fis-Centenary Stadium jilqgħu f’darhom lil F91 Dudelange tal-Lussemburgu.

    Il-Beltin għadhom ġejjin minn riżultat ferm pożittiv ta’ 2-2 biex jinsabu favoriti li jiksbu l-kwalifikazzjoni għat-tieni round ta’ din l-ogħla kompetizzjoni Ewropea.

    Fl-ewwel leg li ntlagħab fi Stade Josy Barthel, fil-Lussemburgu, ir-reazzjoni ta’ Valletta kienet evidenti wara li sabu ruħhom żewġ goals minn taħt. Fil-fatt wara li fis-26 minuta Adel Bettaieb kien poġġa lil Dudelange fil-vantaġġ, fil-ħin mogħti żej­jed mir-referee għall-ewwel taqsima, Dominik Stolz rdoppja l-iskor.

    Minkejja li kienu żewġ goals minn taħt, iċ-champions Maltin wettqu reazzjoni u, fl-64 minuta, irnexxielhom inaqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’  free-kick mill-akkwist il-ġdid tagħhom, Douglas Packer, u  sitt minuti wara Jean Borg skorja l-goal tad-draw.

    Intant, f’konferenza stampa li ġiet indirizzata fis-sala tal-konferenzi tas-Centenary Stadium,  il-coach Belti, Darren Abdilla, qal li kien ferm kuntent bir-reazzjoni tal-players tiegħu fl-ewwel leg, speċjalment wara li sabu ruħhom fi żvantaġġ doppju.

    Minkejja kollox, Abdilla kompla li issa jinsabu konċentrati ferm għall-partita tal-lum waqt li enfasizza l-fatt li bħala team għandhom iżommu saqajhom mal-art għax għadhom ma laħqux l-obbjettiv tagħhom.

    Il-coach Beltin afferma li kien kuntent bil-wirja tal-akkwist il-ġdid Douglas Packer, Brażiljan ta’ 32 sena li wera l-kwalitajiet tiegħu hekk kif minbarra li naqqas il-marġni tal-iskor huwa pprovda l-assist lil Jean Borg li kiseb id-draw.

    L-akkwist il-ġdid l-ieħor, Kevin Tulimieri, ukoll għa­mel id-debutt iżda għad irid jaddatta biex jintegra ma’ sħabu l-ġodda.

    Tkellem ukoll id-difensur ta’ Valletta, Steve Borg, li meta mistoqsi kif iħoss li l-esperjenza  tista’ tgħin lill-players żgħażagħ fosthom Jean Borg, Nicholas Pulis u Shaun Dimech, huwa wieġeb li dawn it-tliet players diġà għandhom esperjenza fuq livell internazzjonali mat-team nazzjonali ta’ taħt il-21 sena u għalhekk jemmen li żgur kapaċi jqumu għall-okkażjoni fil-partita tal-lum.

    Intant, il-mezzi tax-xandir tal-Lussemburgu xejn ma laqgħu tajjeb dan id-draw ta’ 2-2 meta qalu li Dudelange raw opportunitá kbira li jiksbu rebħa ttir mar-riħ.

    Il-ġurnalisti tal-pajjiż qalu li t-team bidel wisq players mill-istaġun li għadda u issa sakemm jingranaw iridu ż-żmien.

    Madankollu ħafna qalu li opportunitá bħal din li jkomplu jilagħbu fil-UEFA Champions League m’għan­d­hiex tintilef.

    Il-coach Emilio Ferrera qed jistenna reazzjoni mill-players tiegħu minkejja li se jilagħbu barra minn darhom. Ferrera ma jistax jinkludi lil Antonio Luisi u Antoine Bernier li jinsabu mweġġgħin.

    Min-naħa l-oħra, il-coach Belti, Darren Abdilla, se jkollu jgħaddi mingħajr il-midfielder offensiv Rowen Muscat li jinsab sospiż kif ukoll Jonathan Caruana, Bojan Kaljevic u Santiago Malano li qed jirkupraw minn injury.

    Min jikkwalifika bejn Valletta u F91 Dudelange jilgħab kontra Ferencvaros tal-Ungerija jew Ludogorets tal-Bulgarija filwaqt li t-telliefa jispiċċaw fil-UEFA Europa League u jilagħbu kontra t-telliefa mill-konfront bejn Nomme Kalju tal-Estonja u Shkendija tal-Maċe-donja.

    Il-logħba tibda fit-8.00 pm.

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0