In-niċċa tar-Redentur f’Marsaxlokk se tiġi restawrata

  • Lul 15, 2019 20:00
  • Miktub minn iNews
"

    Id-Direttorat tar-Restawr li jaqa’ fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali se jkun qiegħed jirrestawra n-niċċa tar-Redentur li tinsab fid-daħla ta’ Marsaxlokk.

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal, “li din in-niċċa għandha preżenza importanti fid-daħla ta’ Marsaxlokk u hija monument magħruf sew. Huwa d-dmir tagħna li nippreservaw dan il-legat permezz ta’ restawr u interventi bil-għaqal.

    L-interventi ta’ restawr fuq in-niċċa se jinkludu tindif bil-galbu tal-wiċċ tal-ġebla minn depożiti superfiċjali varji li akkumulaw mas-snin u t-tneħħija ta’ cables u wirles li għad m’għandhomx użu. Id-Direttorat tar-Restawr se jkun qiegħed jikkordina mal-Kunsill Lokali biex jiżgura li l-floodlight li hemm bħalissa tiġi mibdula għal waħda li għanda dawk aktar adegwat. Qiegħed jiġi propost li n-niċċa terġa’ tingħata l-kulur waqt ix-xogħlijiet ta’ restawr.

    L-apertura tal-aluminju/ħġieġ fuq il-faċċata prinċipali tan-niċċa se tinbidel għal waħda ekwivalenti tal-injam/ħġieġ fejn it-tieqa tal-aluminju u l-bieb tal-metall preżenti fil-parti tal-ġenb se jinżebgħu biex jidhru inqas. Il-plakka tal-irħam preżenti se titnaddaf, tiġi rrestawrata l-kitba u mbagħad il-plakka se tiġi polished.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0