Erba' snin u nofs ħabs fuq frodi

  • Lul 15, 2019 19:39
  • Miktub minn iNews
"

    Żagħżugħ mir-Renju Unit kien ikkundannat erba' snin u nofs ħabs wara li ammetta li iffroda diversi kumpaniji.

    Patrick Ryan McGahern ammetta li f'Jannar li għadda iffroda lill-kumpaniji Elektra, Master Enterprises, Nola, WJA Distributors u Beta Centre.

    Huwa ammetta wkoll li seraq diversi oġġetti mid-dar ta' missieru f'Wied il-Għajn u kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu minn żewġ maġistrati.

    Minbarra l-piena ta' ħabs huwa tilef ukoll il-€5,000 garanzija personali li fuqhom ingħata l-ħelsien mill-arrest f'kawża oħra.

    McGahern tressaq quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech mill-Ispetturi Rennie Stivala u Melvyn Camilleri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0