Klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC għall-istudenti bi preparament għar-‘resits’ tas-SEC u O Level

  • Lul 15, 2019 14:35
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol nieda l-inizjattiva bla ħlas ta’klassijiet ta’ revizjoni tas-SEC taħt il-Youth Guarantee Project, finanzjat mill-Unjoni Ewropea għas-sitt sena konsekuttiva. Din l-inizjattiva hija mmirata għall-istudenti li se jkunu qed jagħmlu r-resits fil-Bioloġija, l-Ingliż, il-Malti, il-Matematika u l-Fiżika f’Settembru.

     

    Sa mill-bidu tagħhom fl-2014, il-klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC assistew lil aktar minn 3,239 student u taw riżultat favorevoli sena wara sena. B’investiment ta’ aktar minn € 700,000 mill-2014, l-istudenti qed ikunu assistiti u mħeġġa jkomplu l-esperjenza edukattiva tagħhom permezz ta’ opportunità oħra.

     

    Il-klassijiet se jibqgħu għaddejjin għal ħames ġimgħat f’ċentri differenti madwar Malta u Għawdex u se jsiru mill-24 ta’ Lulju sal-aħħar ta’ Awissu.  Studenti ta’ età bejn il-15 u l-24 sena li ġabu 6 jew 7 bħala marka, jew li kienu mmarkati bħala assenti f’xi wieħed mill-ħames suġġetti ewlenin imsemmija hawn fuq huma eliġibbli biex japplikaw għal dawn il-klassijiet.

     

    L-istudenti jistgħu jagħżlu li jieħdu klassijiet f’massimu ta’ tliet suġġetti, inkluża għażla ta’ suġġett tax-xjenza (Bioloġija jew Fiżika). Dan huwa kors intensiv li jitlob l-attenzjoni sħiħa tal-istudenti, speċjalment dawk li qegħdin jerġgħu jagħmlu eżami għal aktar minn suġġett wieħed.

     

    L-istudenti jistgħu japplikaw online billi jżuru www.education.gov.mt/revision sal-Erbgħa 17 ta’ Lulju 2019, sa nofsinhar.

     

    Għal iktar informazzjoni dwar il-klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC taħt il-Youth Guarantee Project wieħed jista’ jċempel fuq 2598 2280/1/2/3, iżur www.youthguarantee.edu.mt, jew iżur il-paġna ta’ Facebook – ‘Youth Guarantee Malta’.

     

    Meta japplikaw għall-klassijiet preventivi, l-istudenti mhumiex qed japplikaw awtomatikament għall-eżami tar-resit, għalhekk wieħed irid japplika wkoll għar-resit mal-MATSEC. 

    Il-proġett huwa parzjalment finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew – ninvestu fil-kapital uman biex jinħolqu aktar opportunitajiet u nippromwovu l-benesseri tas-soċjetà.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0