Ġuvni mixli li hedded li jisplodi lit-tfajla u lil bintha

  • Lul 15, 2019 14:24
  • Miktub minn iNews
"

    Żagħżugħ ta' 29 sena minn Ħaż-Żebbuġ qed jinżamm arrestat wara li hedded li jisplodi lit-tfajla u lil bintha.

    Larkin Scicluna kien mixli quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li ikkaġuna ħsara fil-karozza tagħha, li beżżaha li se tintuża vjolenza kontriha u kontra bintha, li insulentaha u heddidha, li kiser il-paċi pubblika u li saq bla liċenzja u polza tal-assikurazzjoni.

    L-Ispettur Alfred Mangion, li qed imexxi l-prosekuzzjoni, sostna li l-inċident seħħ wara argument fuq it-telefon ċellulari tiegħu u minbarra li hedded lilha huwa qal lill-Pulizija li kien se jkisrilha snienha.

    L-Avukat Kathleen Grima, li qed tidher għal Scicluna, ikkonfermat li l-argument kien fuq it-telefon ċellulari fejn sostniet li t-tfajla ħaditulu u ma riditx tirritornah.

    Għalkemm hija talbet għall-ħelsien mill-arrest tiegħu, il-Maġistrat Vella ma laqathilix it-talba u b'hekk Scicluna baqa' arrestat.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0