Miċħuda t-talba biex il-Prim Imħallef ma jippresedix l-appell fir-rigward tal-ħatra ta' membri tal-ġudikatura

  • Lul 15, 2019 13:43
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Qorti kostituzzjonali ċaħdet it-talba tal-għaqda Repubblika biex il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi biex jastjeni milli jippresiedi l-appell ippreżentat minnha fil-każ kostituzzjonali li fetħet fir-rigward tal-ħatra tal-aħħar membri tal-ġudikatura.

    F’Mejju li għadda l-Qorti ma kinitx aċċettat it-talba tal-għaqda biex dawn il-ġudikanti ma jkunux maħturin sakemm tinstema’ l-kawża.

    Huma fetħu kawża kostituzzjonali fejn talbu li l-Prim Imħallef ma jippresidiex is-smigħ wara li qalu li dan kien diġà esprima ruħu meta rrakkomanda t-tqassim tax-xogħol ta’ dawn it-tliet imħallfin u maġistrati.

    Il-Qorti Kostituzzjonali kienet ippreseduta mill-istess Prim Imħallef flimkien mal-imħallfin Giannino Caruana Demajo u Noel Cuschieri.

    Il-kawża nfetħet kontra l-Prim Ministru u l-Ministru tal-Ġustizzja.

    Fil-konklużjoni tagħha l-Qorti Kostituzzjonali qalet li l-President tal-Qorti fil-funzjoneijiet ta’ Prim Imħallef m’għandu ebda diskrezzjoni dwar il-ħatra ta’ ġudikanti u l-funzjoni tiegħu hija li jippresiedi l-kumitat dwar il-ħatriet tal-ġudikatura, u li hija limitata għall-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-kandidati, jew min ikun tressaq mill-Prim Ministru u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru tal-Ġustizzja li min-naħa tiegħu jgħaddi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Prim Ministru.

    Qalet li l-funzjoni tal-Prim Imħallef ma twassalx neċessarjament għall-ħatra ta’ ġudikant għax din tibqa’ dejjem fid-diskrezzjoni tal-Prim Ministru. Qal li l-assenjazzjonijiet tad-doveri ssir wara l-ħatra tal-ġudikant u għaldaqstant ma jarax kif ir-rwol tal-Prium Imħallef tinfluwixxi fuq il-mertu tal-kawża.

    Għaldaqstant il-Qorti Kostitzzjonali qalet li m’hemmx il-bażi oġġettiva biex il-Prim Imħallef jirrikuża ruħu mill-kawża.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0