L-esperjenza ġdida interattiva u “intelliġenti” ta’ TV minn GO

  • Lul 15, 2019 12:00
  • Miktub minn iNews
"

    It-teknoloġija tat-TV qed tinbidel il-ħin kollu u b’mod mgħaġġel ħafna u ħassejna li dan kien l-aħjar żmien biex nerġgħu niġġeddu, ninvestu u nikkonfermaw lil GO bħala l-kumpanija ewlenija tat-TV f’Malta jispjega Chris Attard, Senior Manager, TV Systems ta’ GO hekk kif GO għadha kemm tat bidu għall-ewwel fażi ta’ eżerċizzju importanti fejn eluf ta’ klijenti tat-televiżjoni ta’ GO bdew iqumu u jsibu esperjenza tat-TV kollha kemm hi ġdida.

    Kellimna iżjed dwar din l-esperjenza?

    Din l-esperjenza ġdida tibda’ b’dehra kollha kemm hi ġdida u friska tal-home screen fejn it-tqassim huwa iżjed definit u bbażat iżjed fuq stampi. Is-sistema twassal aċċess immedjat għall-kontenut favorit tal-klijent sempliċiment minn post wieħed. Dan l-iżvilupp qed inwettquh aħna bħala GO bil-għan li nwasslu esperjenza ferm aħjar lilll-klijenti kif ukoll iżjed kontenut.

    X’inhi l-viżjoni wara dan il-proġett? 

    Għal din l-aħħar sena, l-inġiniera tagħna ħadmu bla waqfien sabiex iwasslu din l-esperjenza lill-kliljenti tagħna. L-impenn tagħna baqa’ ffukat fuq l-idea li l-klijenti inżommuhom konnessi mal-kontenut li jħobbu, u l-aħjar mod kif nagħmlu dan kien billi ninvestu f’sistemi sabiex inwasslu pjattaforma li kapaċi tkabbar l-interattività, li kapaċi twassal kontenut ibbażat fuq il-preferenzi tal-klijenti u twassal dan l-istess kontenut tat-TV fuq il-mobiles b’sempliċi għafsa ta’ buttuna. U iżjed minn hekk, irreplikajna din l-esperjenza fuq il-TV Anywhere APP tagħna biex b’hekk, il-klijenti jistgħu igawdu l-kontenut favorit tagħhom tat-TV ukoll meta ma jkunux qegħdin id-dar, mingħajr ma jikkonsmaw data mill-bundle tagħhom.

    Għalfejn din l-esperjenza qed titnieda bħalissa? 

    GO ilha timmaniġġja żewġ TV networks għal numru ta’ snin. In-network diġitali terrestri, magħruf aħjar bħala DTTV, se jkun phased out bil-mod matul ix-xhur li ġejjin, filwaqt li se nkomplu ninvestu iżjed fl-IPTV network, magħruf bħala l-GO interactive TV, sabiex inkomplu nwasslu iżjed kontenut rikk lill-klijenti tagħna permezz ta’ dan l-upgrade riċenti. It-teknoloġija tat-TV qed tinbidel il-ħin kollu u b’mod mgħaġġel ħafna u ħassejna li dan kien l-aħjar żmien biex nerġgħu niġġeddu, ninvestu u nikkonfermaw lil GO bħala l-kumpanija ewlenija tat-TV f’Malta. 

    X’inhuma l-features ewlenin ta’ din l-esperjenza ġdida?

    Il-features ewlenin li toffri l-pjattaforma IPTV ta’ GO huma bbażati fuq l-interattivit u dawn jinkludu program restart, il-kapaċità pause-live u network DVR li jfisser li l-klijenti jistgħu jirrekordaw iżjed minn channel wieħed fl-istess ħin, fost ħafna features oħra. Is-sistema hija waħda intelliġenti li maż-żmien, tagħraf dak li l-klijenti qed jieħdu gost l-iżjed jaraw u eventwalment tibda’ tirrikmandalhom kontenut simili għal dak li jħobbu huma. Barra minhekk, il-klijent jista’ wkoll joħloq iżjed minn profil wieħed sabiex is-sistema twassal kontenut li jirrifletti l-preferenzi ta’ dawk kollha fid-dar. 

    Ovvjament, dan kollu huwa parti mill-investiment ta’ GO fl-infrastruttura....

    Iva. Smajna ħafna lill-klijenti tagħna sabiex nifhmu x’iridu u x’qed jistennew li nwasslulhom. Ovvjament, dan kollu qatt ma seta’ jkun possibbli mingħajr l-investiment qawwi li GO qed twettaq fit-teknoloġija true fibre li tippermetti servizzi veloċi ħafna u affidabbli, kif ukoll network 4G li jippermetti l-aspett ta’ portabilità. Issa li s-sistemi kollha jinsabu f’posthom, nistgħu nibdew inwasslu l-ġenerazzjoni ġdida ta’ applikazzjonijiet lill-klijenti, ibda’ minn esperjenza ta’ TV iżjed rikka f’termini ta’ għażla ta’ kontenut, sistema moderna u kontenut ta’ kwalità. Tabilħaqq, nista’ faċilment ngħid li f’dawk li huma features u funzjonalità, GO tinsab fuq quddiem nett bis-servizz li qed twassal.

    Kif qed jitwettaq dan l-upgrade?

    Dan l-upgrade qed jitwassal fuq medda ta’ numru ta’ ġimgħat. Il-klijenti se jibdew jaraw dan it-titjib f’fażijiet differenti sabiex il-proċess ta’ migrazzjoni jkun wieħed kemm jista’ jkun bla intoppi u kull klijent se jkun avżat minn qabel bid-dati ta’ din il-migrazzjoni.

    Għal aktar informazzjoni dwar dan il-proġett, żur www.go.com.mt/gotv

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0