“Għidu le għall-impjanti tas-sider. Setgħu joqtluni” … Ingliża tgħix Malta bi twissija wara li żviluppat kanċer

  • Lul 15, 2019 09:40
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Anna Nightingale, mara ta’ 45 sena, hija minn Cheshire imma ilha tgħix ġewwa x-Xewkija għal dawn l-aħħar 8 snin u t-tifel tagħha, li għandu sitt snin, twieled Għawdex.  Anna hija ukoll magħrufa bħala artista u l-istorja tagħha bdiet meta kellha 32 sena wara li kienet marret għand wieħed mill-aqwa kirurgi f’Londra biex tagħmel it-textured breast implants.

    Dan it-tip ta’ impjant tas-sider ilu jintuża minn miljuni ta’ nisa madwar id-dinja u qiegħed jiġi studjat bir-reqqa wara li kirurgi Franċiżi ntalbu jieqfu milli jużawh minħabba li hu ssuspettat li dan it-tip ta’ impjant jista’ jikkawża kanċer ta’ tip rari ħafna. Ir-riskju ta’ limfoma assoċjata ma’ impjant tas-sider huwa stmat bejn wieħed f’1000 u wieħed f’10,000. Il-messaġġ prinċipali ta’ Anna huwa biex dawn it-tip ta’ impjanti tas-sider jiġu pprojbiti.

    Tkellimna ma’ Anna fejn hija rrakkuntat li darba minnhom marret l-Isptar Mater Dei minħabba lump taħt għabta imma mid-dijanjożi rriżulta li kien beninni u allura qalet li ma kienx hemm biex tinkwieta “għax in-nisa mhux l-ewwel darba li jħossu xi lump”. Sena u nofs wara Anna ħasset bħal lump żgħira ta’ fluwidu taħt l-impjant tas-sider tal-lemin. Minn hemm hija marret għand l-istess speċjalista li marret qabel u qaltilha li ma kienx irrakomandat li tiġbed il-fluwidu minħabba r-riskju li jinqasam l-impjant tas-sider.

    Għaddiet sena u l-ewwel lump li kellha taħt għabta bdiet tuġagħha u tant kibret li kienet “saret qisha ballun tal-golf, imma peress li kienet qed tweġġgħani, ħassejtni ċerta li ma kinitx kanċer.” Fl-1 ta’ Ottubru 2018, Anna marret għand kirurgu ieħor fejn mill-ewwel deher ikkonċernat u kien ta’ sapport kbir matul id-dijanjożi, it-terapija u l-operazzjoni.

    Anna qalet, “kelli nistenna madwar 5 ġimgħat għall-biopsy f’Mater Dei. Il-kirurgu ċempilli wara 3 ġimgħat biex immur narah flimkien mal-partner tiegħi. Meta ltqajna huwa qalli li fil-fatt kelli kanċer u li kellu suspett kbir li kien ikkaġunat mill-impjanti tas-sider. Konna mistagħġba u mkissrin x’ħin smajna hekk. Il-kirurgu qalilna li biex wieħed ikun mija fil-mija ċert, kien hemm bżonn ta’ aktar testijiet.”

    Fil-fatt, Anna żviluppat tip ta’ kanċer (ALCL), li mhux kanċer tas-sider iżda eżattament huwa tip ta’ limfoma relatata mal-impjant tas-sider, minkejja li l-awtoritajiet barra minn Malta avżaw lin-nisa biex ma joqogħdux jinkwetaw. Anna ndunat li kien hemm xi ħaġa ħażina meta bdiet issofri minn uġigħ kbir f’sidirha. Hija qalet li kellha biża’ għal ħajjitha, “ħadt id-deċiżjoni biex nagħmel it-textured breast implants bil-mod u ħassejt li kont infurmata. Imma wara li kelli s-sintomi, bdejt nibża’ li se mmut.” BIA-ALCL normalment jinvolvi nefħa fis-sider, tipikament minn 3 sa 14-il sena wara l-operazzjoni biex mara tagħmel l-impjant tas-sider. Din in-nefħa hija dovuta għal akkumulazzjoni ta' fluwidu. Inqas komuni, il-BIA-ALCL jista' jieħu l-forma ta' lump fis-sider jew taħt l-għabta. Jekk tinnota xi waħda minn dawn il-problemi (nefħa jew lump), jew għandek xi tħassib ieħor rigward l-impjanti tas-sider tiegħek, għandek tfittex l-attenzjoni medika.

    Anna qalet li l-kirurgu taha l-parir biex tkompli tqatta’ l-Milied kif kienet ippjanat u qalilha biex tibda tiehu l-kimoterapija fil-bidu ta’ Jannar. Hija kellha tagħmel test tal-mudullun għax għall-bidu bdew jaħsbu li l-kanċer setgħa infirex fl-għadam, iżda qalet li fortunatament dan ma kienx minnhu. Hija żiedet tgħid, “l-infermiera u t-trattament ġewwa ċ-Ċentru tal-Onkoloġija f’Mater Dei kien wieħed eċċezzjonali u verament nixtieq nirringrazzja lil kulħadd li tani s-sapport. Nixtieq li l-fluwidu li kelli kien jiġi ttestjat meta mort sena qabel għax dak huwa l-mod kif dan it-tip ta’ kanċer jibda. Sa ftit ta’ snin ilu l-ispeċjalisti ġewwa Malta ma kinux jafu jew jissuspettaw f’dan it-tip ta’ kanċer u nixtieq li jkun hawn iktar għarfien fost in-nisa biex ma jgħaddux minn dak li għaddejt minnhu jien.”

    Anna appellat lin-nisa biex tassew iħaddnu lil ġisimhom kif inhu. Hija qalet, “għidu le għat-textured breast implants. Lili setgħu joqtluni.” Anna żiedet tgħid li kieku ma marritx biex isir test fuq lump li kienet tidher fil-lymph nodes ta’ idejha, it-tip ta’ kanċer seta’ faċiliment jinfirex peress li huwa kanċer tad-demm u hija marda serja tas-sistema immunitorja. 

    Anna qalet, “dak li jqabbadni verament dwejjaq huwa li dan it-tip ta’ kanċer ma kienx imniżżel fil-lista bħala riskju għal min jagħżel dawk it-tip ta’ impjanti tas-sider u sa fejn naf jien għadu s’issa mhux imiżżel.”

    Minkejja li l-ewwel avviż tas-saħħa dwar dawn it-tip ta’ impjanti tas-sider sar fl-2011, għadd ta’ nisa li għamlu l-impjanti tat-tessut ma ġewx mgħarrfa dwar ir-riskji li deħlin fihom. Barra minn hekk jidher li hemm nuqqas ta’ għarfien fost it-tobba stess u dan qed jirriżulta f’dewmien milli tibda l-kura meħtieġa.

    Anna qalet, “il-vjaġġ tal-kimoterapija, l-uġigħ u d-disprament li kont inħoss kien kbir. Iżda minn hemm ukoll l-imħabba li sibt mill-familjari, il-partner u ibni f’dan il-vjaġġ kienet kbira ħafna u permezz tal-imħabba li rċevejt bqajt mixja ‘l quddiem. M’għandiex idea kif in-nies jaffaċċjaw marda serja bħal din mingħajr is-sapport kbir tal-partner.”

    Wara numru ta’ ċikli ta' kimoterapija, li wassal biex ix-xagħar bjond tagħha jaqa' u jikber griż, fl-aħħar ingħatat il-permess biex l-impjanti jiġu mneħħija f'Mejju. Apparti x-xagħar hija tilfet ukoll ix-xagħar tal-għajnejn, li bil-mod il-mod qegħdin jerġgħu jikbru.

    Anna żiedet tgħid li, “it-triq biex nifhmu verament hija waħda. Irid ikollna imħabba lejnha nfusna. Inħoss li hemm bżonn kbir li jkun hawn aktar għarfien biex tgħin lin-nisa mad-dinja kollha biex ma jgħaddux mill-istess sitwazzjoni tiegħi. Jiena stess ma kontx konxja li permezz tal-impjanti tas-sider kien hemm il-possibiltà li nimrad bil-kanċer meta ddeċiedejt nagħmilhom.” 

    Proprju ftit tal-jiem ilu ġurnali internazzjonali rrappurtaw li ġiet irrakkomandata projbizzjoni Awstraljana fuq firxa ta’ textured breast implants wara li deher li kien hemm rabtiet apparenti ma’ forom rari ta’ kanċer. Minn April, l-Amministrazzjoni ta’ Oġġetti Terapewtiċi rċeviet 76 rapport ta’ limfoma assoċjati ma’ impjanti tas-sider f’nisa Awstraljani. Huwa rrappurtat ukoll li Franza u l-Kanada aġixxew f’April biex ineħħu ċertu textured breast implants mis-swieq tagħhom.  Limfoma assoċjata ma' impjant tas-sider ġeneralment titfejjaq jekk tinstab kmieni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0