Tennis: Novak Djokovic ikompli jibbrilla f’Wimbledon

  • Lul 15, 2019 00:29
  • Miktub minn iNews
"

    Il-player numru wieħed tad-dinja, Novak Djokovic,  li jista jissejjaħ ir-re tal-courts, għeleb lil Roger Federer f’ħa­mes sigħat epiċi wara l-ewwel tie-break li qatt saret fis-set finali.

    Fuq is-Centre Court, b’at­mosfera li bosta drabi kienet tixbaħ logħba football milli tennis, Djokovic rebaħ 7-6   (7-5) 1-6 7-6 (7-4) 4-6 13-12   (7-3).

    Issa s-Serb rebaħ 16-il titlu tal-Grand Slam.

    L-arloġġ wera l-ħin ta’ erba’ sigħat u 57 minuta meta Federer tefa’ shot għoli biex irregala r-rebħa lil Djokovic.

    “Hija xi ħaġa mhux reali,” qal Djokovic wara li rebaħ il-ħames titlu f’Wimbledon, tlieta minnhom kontra Fede­rer u l-oħrajn kontra Rafael Nadal u Kevin Anderson.

    Barra minn hekk huwa rebaħ għat-tieni darba żewġ finali wara xulxin, fl-2014 u fl-2015 u fl-aħħar sentejn 2018 u 2019.

    Federer, li ta’ 37 sena kien qed jipprova jilħaq id-disa’ titlu f’Wimbledon, qal, “Kienet logħba kbira, kienet twila, u kellha minn kollox. Novak, Nifraħlek, kienet tal-ġenn.”

    Finali bejn tnejn mill-ikbar tal-isport kienet antiċipata ħafna meta dejjem kellha l-potenzjal li tibqa’ sejra sal-aħħar – u din hekk għamlet …. u anke iktar.reu

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0