Il-wirdien … x’użu qatt jista’ jkollhom?

  • Lul 13, 2019 18:30
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Beda l-istaġun tas-sajf… miegħu wkoll is-sħana, il-barbeques, l-iljieli twal ħdejn il-baħar u sfortunatament anke ż-żieda f’kemm naraw wirdien jiġru mat-toroq. Forsi ġieli staqsejtu lilkom infuskom x’użu jista’ jkollhom dawn l-insetti, tant koroh, moqżieża u għal ħafna nies bla sens f’din id-dinja. 

    Għalhekk iddeċidejna li naraw jekk fil-verità hemmx użu għalihom fid-dinja u bqajna mistagħġbin meta skoprejna li fiċ-Ċina huma sors tajjeb ta’ kif jinqered l-iskart tal-ikel. 

    Fil-fatt, jirriżulta li ċ-Ċina għandha rziezet kbar tal-wirdien li huma mibnijin f’diversi bliet madwar il-pajjiż kollu. Dawn fihom kmamar bla dawl mimlijin b’miljuni ta’ wirdien. Dawn l-insetti jingħataw x’jieklu biċċiet tal-ikel mormi, permezz ta’ pajpijiet fiċ-ċelel fejn jgħixu. Fortunatament, il-wirdien jieklu kważi kollox, fosthom anke il-ħmieġ uman. 

    Iċ-Ċina ħadet din il-miżura peress li qiegħda tiġġenera aktar skart tal-ikel milli jistgħu jipproċessaw il-miżbliet. Jekk naraw biss fil-belt ta’ Jinan, hemm razzett li jesa biljun wirdiena u li jieklu mal-55 tunellata ta’ skart kuljum. 

    Però, forsi tibżgħu u tistaqsu x’jiġri jekk dan il-wirdien ikollu jkollu jaħrab?Tinkwetaw xejn, għax il-Maniġer tal-kumpanija farmaċewtika Good Doctor, Wen Junguio jispjega li hemm bħal foss mimli bl-ilma u l-ħut madwar dan ir-razzett. Jekk il-wirdien ikollu jaħrab, dan jaqa’ fil-foss mimli bl-ilma u jittiekel mill-ħut li hemm fl-ilma. 

    Meta l-wirdien f’dawn l-irziezet imutu, dawn jiġu mfawrin, maħsulin u mnixxfin. Minn hemm imbagħad jew jingħataw bħala ikel lill-annimali, jew inkella jintużaw biex isiru l-mediċini. Fil-fatt, mill-wirdien isiru prodotti mediċinali li jintużaw biex jiġu kkurati feriti, ulċeri u kanċer tal-istonku. 

    Ix-xjenzati qegħdin jesploraw ukoll kif jistgħu jużaw il-wirdien għall-produzzjoni ta’ prodotti tas-sbuħija u għal trattamenti għat-telf tax-xagħar. 

    Fil-fatt, l-industrija tal-mediċini u prodotti kożmetiċi huma dawk li jixtru l-aktar wirdien. Ir-raġuni hi li l-wirdien huma sors irħis ta’ proteini, u bħal insetti oħrajn, qegħdin jiġu proposti bħala alternattiva għall-industrija tal-laħam. Għall-kumpaniji tal-kożmetiċi, il-kwalità tal-ġwienaħ tal-wirdien huma ta’ valur partikolari. 

    L-industrija tal-wirdien qiegħda tisplodi fiċ-Ċina fejn il-wirdien imnixxef qiegħed jinbiegħ sa $20 Amerikan kull libbra. Filwaqt li madwar iċ-Ċina hemm mal-mitt razzett tal-wirdien, jidher li l-akbar wieħed hu dak tal-Grupp Farmaċewtiku Good Doctor li jkabbar mas-sitt biljun wirdiena fis-sena. 

    Din il-kumpanija tuża l-intelliġenza artifiċjali biex timmaniġġja u tħares il-kundizzjonijiet fir-razzett. Dan jinkludi l-kontroll tal-ispazji biex ikunu kollha f’dawl baxxa u f’temperaturi ta’ 30 Grad Celsius. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0