Joqtol tifel u jħalli ieħor bla saqajn wara li saq taħt l-effett tad-droga u tal-alkoħol

  • Lul 12, 2019 16:53
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġ kuġini wieħed ta’ 11 u ieħor ta 12-il sena kienu bilqiegħda fuq l-għatba tad-dar f’Ragusa meta għax xi raġuni spiċċaw milqutin minn vettura b’veloċità eċċessiva.

    Wieħed mit-tfal miet mad-daqqa u l-ieħor tilef iż-żewġ saqajn u jinsab f’riskju kbir li jitlef ħajtu. Is-sewwieq Rosario Greco ta’ 37 sena nstab taħt l-effett tad-droga u tal-alkoħol u kien arrestat wara li ħarab bil-pass mill-post tal-inċident. Huwa kien qiegħed isuq Jeep Renegade meta waqt manuvra li jaqbeż vettura fi triq dejqa spiċċa tilef il-kontroll u laqat liż-żewġt itfal.

    Minn testijiet li sarulu rriżulta li l-livell ta’ alkoħol li kellu kien erba’ darbiet aktar minn dak li titlob il-liġi u kien hu stess li ammetta li kien ikkonsma birer u drogi.

    Intant il-Ministru għall-Intern Matteo Salvini b’reazzjoni għal dan l-inċident qal dan is-sewwieq hemm triq waħda tistennieh… “Sentenza ta’ ħabs twila u jintremew iċ-ċwievet”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0