F’sena l-impjiegi full-time żdiedu bi 12,500

  • Lul 12, 2019 15:58
  • Miktub minn iNews
"

    L-aħħar ċifri dwar ir-rata tal-impjiegi f'pajjiżna turi li għal kull impjieg li qed jiżdied mal-Gvern is-settur privat qed jimpjega 13.

    Waqt li f'Jannar li għadda l-Gvern impjega 893 persuna ġdida fuq Jannar tas-sena preċedenti, fuq l-istess perjodu fis-settur privat sabu xogħol ġdid 11,652 persuna.

    Dan ifisser li fl-ewwel xahar tas-sena n-numru ta' ħaddiema mal-Gvern telgħu għal 47,610 mentri dawk mal-privat laħqu l-164,436.

    Iċ-ċifri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru wkoll li dan ifisser li l-impjieg fultajm żdiedu b'6.3%.

    Waqt li l-impjiegi żdiedu bi 12,545, in-numru ta' dawk fuq ir-reġistru tal-qgħad naqsu b'204.

    L-istatistika tkompli turi kif aktar nisa qed isibu xogħol hekk kif waqt li l-impjiegi fost l-irġiel żdiedu b'5.5%, dawk fin-nisa żdiedu b'7.6%.

    L-NSO sab ukoll li fuq l-istess perjodu n-numru ta' persuni li jaħdmu għal rashom żdied b'1,540.

    In-numru ta' partajmers li kellhom xogħol ieħor barra dak fultajm żdied b'10.2% għal 28,185 mentri dawk li l-partajm kien l-impjieg ewlieni żdiedu b'1.7% biex issa jammontaw għal 34,789.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0