Deċennju ta' Armonija bejn il-Bank of Valletta u l- Malta Philharmonic Orchestra

  • Lul 12, 2019 15:36
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Bank of Valletta reċentement stieden lill-impjegati u l-klijenti tiegħu għal avveniment mużikali organizzat mill-Malta Philharmonic Orchestra (MPO), ‘The Armed Man'. Dan ix-xogħol ta' ispirazzjoni li jinkorpora reliġjonijiet differenti, huwa wieħed mill-kapolavuri ta' Karl Jenkins, jipprovdi sensazzjoni ċara għall-biża’ tal-gwerra u jispiċċa fuq nota ottimista għall-futur, fejn il-gwerra u n-niket jingħelbu.

    Dan il-kunċert, organizzat speċifikament għall-isponsers u l-benefatturi tal-MPO, kien biss wieħed mill-bosta serati mtellgħa mill-orkestra nazzjonali ta’ Malta li saru matul dawn l-aħħar xhur. L-istaff u l-klijenti tal-BOV kellhom l-opportunità li jesperjenzaw varjetà ta' kunċerti orkestrali matul l-istaġun tal-kunċerti tal-MPO. Filwaqt li mmiraw udjenzi differenti inklużi gruppi ta' etajiet differenti, dawk li jattendu t-teatru b’mod regolari, dawk li jmorru biss darba kultant u familji, il-kunċerti tal-MPO urew l-ogħla livelli artistiċi, b'kollaborazzjoni ma' artisti lokali u internazzjonali magħrufa. L-istaġun nfetaħ b' ‘Notes from Vienna' fit-Teatru Manoel f'Settembru 2018. Il-programm ta' dan l-istaġun kien jinkludi xogħlijiet minn pajjiżi differenti, bħal Spanja bil-kunċert 'Aranjuez ', kunċert korali orkestrali b' 'Mozart’s Great Mass', kif ukoll prestazzjoni live-to-film ta' Disney ‘Beauty and the Beast’.

    Il-Bank of Valletta ilu jisponsorja l-‘Malta Philharmonic Orchestra’ mill-ewwel wirja tagħha taħt l-isem attwali tagħha fl-2008 meta saret orkestra ta' simfonija sħiħa. L-impenn tal-BOV biex jgħin lill-komunità fil-qasam tal-arti u l-kultura jikkumplimenta l-viżjoni komuni tal-MPO li ġġib l-aqwa mużika ta’ kwalità għal firxa wiesgħa tal-komunità Maltija. L-appoġġ tal-Bank of Valletta għall-MPO ikkontribwixxa għall-espożizzjoni usa' tal-mużika klassika għall-pubbliku ġenerali.

    Il-Bank of Valletta kburi li għandu rwol, sew fit-titjib tal-iżvilupp professjonali kontinwu tal-mużiċisti tal-Malta Philharmonic Orchestra, kif ukoll fis-sostenn lejn il-ħidma estensiva tagħhom. Permezz ta' din is-sħubija korporattiva, l-Bank of Valletta qed jappoġġja wkoll l-opportunitajiet ta' tagħlim għall-mużiċisti Maltin b'talent li jiffurmaw parti mill-Malta Youth Orchestra. Din is-sħubija tgħin ukoll biex jinġiebu l-ogħla livell ta' solisti u kondutturi internazzjonali biex flimkien mal-MPO ipaxxu l- udjenzi lokali tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0