Il-Valletta Declaration b'pass ieħor lejn trasparenza fix-xiri tal-mediċini

  • Lul 12, 2019 14:29
  • Miktub minn iNews
"

    L-10 pajjiżi li jiffurmaw il-Valletta Declaration qablu li jaraw kif jistgħu jaqsmu informazzjoni dwar il-kuntratti li għandhom fuq ix-xiri tal-mediċini biex jgħinhom f'negozjati futuri mal-kumpanija tal-farmaċija.

    Din kienet il-konklużjoni fl-aħħar laqgħa li saret f'Malta u li kienet tinvolvi lill-istess pajjiżna, il-Kroazja, Ċipru, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja.

    Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ħabbar dan fi tmiem il-laqgħa fejn semma kif din il-proposta se tkompli tiġi diskussa fix-xhur li ġejjin u b'mod formali fis-summit ta' Ruma f'Settembru li ġej.

    Fearne, li kien il-moħħ waqt it-twaqqif tal-Valletta Declaration sentejn ilu, enfasizza li l-pajjiżi jridu jaħdmu aktar flimkien biex mhux biss ikollhom aċċess għall-mediċini ġodda imma li dawn ikunu bi prezz affordabbli.

    Huwa rrimarka li l-fatt li l-pajjiżi jinnegozzjaw b'mod individwali jpoġġihom f'pożizzjoni ta' żvantaġġ kuntrarjament għall-industrija farmaċewtika li iktar titkellem b'leħen wieħed.

    Kien għalhekk li issa l-pajjiżi qablu li jqabbdu lill-kumitati tekniċi biex iħarsu kif mil-lat lat legali u prattiku jaraw kif jistgħu jaqsmu informazzjoni fuq il-kuntratti biex ikunu f'pożizzjoni aħjar li jinnegozzjaw ix-xiri tal-mediċini.

    Il-Valletta Declration huwa wieħed minn erba' gruppi ta' pajjiżi Ewropej li jikkolaboraw fuq xiri ta' mediċini bit-tliet gruppi l-oħra jikkonsistu f'dak li jiġbor lill-Olandu u l-Belġju, dak tal-pajjiżi Skandinavi u dak li fih pajjiżi mil-Lvant tal-Ewropa.

    Bejniethom l-10 pajjiżi membri tal-Valletta Declaration għandhom madwar 160 miljun resident li jfisser kważi terz tal-popolazzjoni kollha ta' dawk li jgħixu fl-UE.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0