“Ebda omm m'għandha tidfen lil binha... meta nsib iċ-ċimiterju magħluq xorta nsejjaħlek minn wara l-grada“

  • Lul 12, 2019 12:11
  • Miktub minn iNews
"

    Isaac Chetcuti, ħu l-intraprenditur magħruf Hugo Chetcuti, irrimarka f'għeluq is-sena mill-mewt tiegħu li ma kull ġurnata li tgħaddi ma jistax ineħħi minn quddiem għajnejh il-mument li fih Hugo safa attakkat f’Paceville.

    Chetcuti miet fl-Isptar Mater Dei fit-12 ta' Lulju 2018. Sitt ijiem qabel iddaħħal f'qagħda gravi wara li kien aggredit fl-okkażżjoni tal-inawgurazzjoni ta’ wieħed mill-istabbilimenti tiegħu.

    Isaac talab lil ħuh biex jagħtih is-saħħa biex jiffaċċja t-tbatija li għaddej minnha u jgħid li ma jiflaħx aktar għas-silenzju li hemm f'qalbu.

    Huwa jżid li kienu jħobbuh f'ħajtu u baqgħu jħobbuh wara mewtu waqt li jsemmi kif regolarment għadu jmur fuq qabru u meta jsib iċ-ċimiterju magħluq xorta jmur iżuru u jsejjaħlu minn wara l-grada.

    Isaac talab lil ħuh jieħu ħsieb ommhom u jsostni li ebda omm m'għandha tidfen lil binha. 

    “Ħadt ħsiebi mindu twelidt. Kont l-eroj tiegħi. Kont teħodni kullimkien miegħek. Kelli tfulija mill-aqwa għax kont ħija l-kbir. Dawn il-memorji jgħinuni ftit biex intaffi mill-uġigħ meta nħoss in-nuqqas tiegħek iktar minn f'jiem oħra”.

    Isaac Chetcuti żied li huwa jaf li meta jkun imiss lilu li jħalli din id-dinja se jsibu fil-bibien tal-ġenna kif kien jilqgħu d-dar meta kienu għadhom tfal.

    Bojan Cmelik, Serb ta' 35 sena li għamel żmien jaħdem miegħu, jinsab akkużat bil-qtil u l-provi għadhom qed jitressqu fil-Qorti qabel eventwalment jgħaddi ġuri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0