Il-każijiet ta' syphilis f'Malta jiżdiedu b'123%

  • Lul 12, 2019 11:52
  • Miktub minn iNews
"

    Rapport mill-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) juri li fuq medda ta' 10 snin il-każijiet tas-syphilis f'pajjiżna żdiedu b'123%.

    Is-syphilis hija infezzjoni trasmessa sesswalment għalkemm tista' tiġi tgħaddi minn omm lit-tarbija waqt it-tqala jew waqt it-twelid.

    Ir-rapport juri li waqt li fl-2007 kien hawn biss 11-il każ u allura 2.7 każijiet għal kull 100,000 abitant, fl-2017 dan tela għal 62 li kien ifisser 13.5 għal kull 100,000 resident fil-pajjiż.

    Malta kellha l-ħames l-ikbar żieda fl-Ewropa bl-Iżlanda tara splużjoni fil-każijiet li żdiedu bi 876%.

    Warajha ġew l-Irlanda b'żieda ta' 224%, ir-Renju Unit b'153%, il-Ġermanja b'144% aktar rapporti u Malta.

    F'sitt pajjiżi biss ġie innutat tnaqqis fis-syphilis bl-ikbar tnaqqis ikun fir-Rumanija fejn il-każijiet naqsu b'53%.

    Malta għandha wkoll it-tieni l-ogħla rata ta' rġiel bis-syphilis hekk kif bħal fir-Renju Unit kellha 22 minn kull 100,000 li laqqtu din l-infezzjoni.

    Kienet biss l-Iżlanda li kellha rata ogħla minn ta' Malta fejn jidħlu l-irġiel hekk kif kellha 25 każ għall-istess ammont ta' residenti.

    Ir-rapport jikkwota lit-tabib Malti Andrew Amato Gauci, espert tal-ECDC fuq infezzjonijiet trasmessi sesswalment, jgħid li ż-żieda fis-syphilis madwar l-Ewropa hija riżultat ta' diversi fatturi fosthom nies li ma jużawx il-kondoms u persuni li qed ikollhom x'jaqsmu ma' iktar minn persuna waħda.

    Huwa irrefera għall-fatt li żewġ terzi tal-każijiet kienu jinvolvu rġiel li kellhom sess ma' rġiel oħra u esprima t-tħassib li hemm irġiel li donnhom mhux imħassbin mill-HIV.

    “Biex nirriversjaw din it-tendenza rridu ninkoraġixxu lin-nies jużaw il-kondoms b'mod regolari meta jkollhom x'jaqsmu ma' persuni ġodda”, żied jgħid Dr Amato Gauci.

    B'mod ġenerali l-persuni li nstab li kellhom is-syphilis żdiedu b'70% fuq l-istess medda ta' snin u laħqu l-260,000 bi 33,000 minnhom matul l-2017. Minbarra t-trasmissjoni bejn il-gays irġiel kien hemm 23% tal-każijiet fejn l-infezzjoni nstabet f'irġiel eterosesswali u 15% fin-nisa.

    Is-syphilis hija infezzjoni trasmessa sesswalment u tista' toħloq problemi serji jekk ma tiġix trattat.

    L-infezzjon tista' tittieħed waqt anke waqt sess orali u dak fil-warrani fejn b'mod ġenerali tidher marka fuq il-parti infettata.

    Min hu attiv sesswalment huwa mħeġġeġ ikollu sieħeb jew sieħba waħda u jekk f'riskju għandu juża kondom.

    L-iktar f'riskji huma rġiel li jkollhom x'jaqsmu ma' rġiel oħra, dawk li għandhom l-HIV u min is-sieħeb jew sieħba diġa għandhom is-syphilis.

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0