Regoli ġodda li jħarsu d-drittijiet taż-żwiemel... żiemel ma jistax jaħdem aktar minn tlett ijiem fil-ġimgħa

  • Lul 12, 2019 10:57
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ħabbar deċiżjoni oħra favur it-trattament xieraq tal-annimali, din id-darba marbuta maż-żwiemel. Clint Camilleri qal li din id-deċiżjoni qed toffri sens ta’ bilanċ bejn dak li hu trattament xieraq għall-annimali u l-aspett ekonomiku. Fil-fatt saru numru ta’ diskussjonijiet ma’ stakeholders differenti. 

    Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-avviż legali hu mibni fuq il-prijorità lejn is-saħħa tal-annimal u semma li f’dan il-każ mhux qed inħarsu biss lejn iż-żiemel bħala mezz ta’ trasport. Elenka li primarjament id-diskussjoni wasslet biex qed indaħħlu fis-seħħ avviż legali li qed jieħu konoxxenza:

    -Tal-aktar perjodi sħan fis-sajf

    -Tal-aktar ħinijiet sħan tas-sajf

    -Tal-istress taż-żiemel fil-ħidma tiegħu b’mod repetut

    -Kif ukoll tat-tagħbija li jkun qed iġorr 

    L-avviż legali qed jintroduċi dawn il-provedimenti: 

    -Karozzini ma jistgħux jiċċirkolaw f’xi triq matul il-perjodu bejn l-ewwel ta’ Lulju u l-aħħar ta’ Awwissu.

    -Bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar (1pm-4pm).

    -Qed nagħtu setgħa biex jekk ikun hemm min jabbuża l-uffiċjali jistgħu jitolbu li dak iż-żiemel jitneħħa minn fuq it-triq.

    -Żiemel jista’ jintuża biss fi ġranet alternattivi.

    -Filwaqt li ma jistax jintuża għal vjaġġi f’aktar minn tlett ijiem f’ġimgħa waħda.

    -Kull vjaġġ ma jistax idum aktar minn 45 minuta.

    -Kif ukoll ma jistax jgħabbi aktar minn 5 persuni inkluż is-sewwieq.

    Clint Camilleri żied li, “din hi leġiżlazzjoni oħra importanti f’dak li jidħol trattament xieraq tal-annimali. Dan wara li matul din il-ġimgħa ġie approvat mill-Parlament tibdil fl-att dwar il-ħarsien xieraq tal-annimali fejn fuq kollox żidna l-minimu tal-penali.” Qal li dan sar wara li ddaħħlu liġijiet biex ġew projbiti l-użu ta’ ktajjen, ħbula etċ. bħala ż-żamma prinċipali tal-klieb. Ikkonkluda li ġew introdotti wkoll sensiela ta’ inizjattivi biex is-santwarji jingħataw l-għajnuna u jkun hemm inizjattivi għall-kunsilli lokali biex iwettqu programmi fl-irħula għat-trattament xieraq tal-annimali.               

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0