“Bidel lill-Maltin u ħoloq opportunitajiet ta’ xogħol… u nħobbu“

  • Lul 12, 2019 09:54
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-aħħar jiem tħabbar li l-Prim Ministru Joseph Muscat mhux se jkun qiegħed jinħatar bħala President tal-Kunsill Ewropew.

    Minkejja li għall-aħħar xhur kien hawn ħafna tħassib dwar x’kienet se tkun il-pożizzjoni tal-istess Joseph Muscat minħabba li għal ftit ma kienx se jieħu l-kariga msemmija, issa hija konfermata li hu jista’ jibqa’ fil-kariga ta’ mexxej tal-Partit sa mill-anqas l-elezzjoni li jmiss.

    Il-ġurnal MaltaToday ħareġ fit-toroq biex jieħu xi reazzjonijiet tan-nies dwar din l-aħbar. Minkejja li kien hemm ħafna li kienu kuntenti b’din id-deċiżjoni għax b’hekk Muscat jista’ jibqa’ jiffoka fuq pajjiżna, oħrajn naqsu milli jikkummentaw u l-istess Muscat qal li hu “jħossu kuntent ħafna li qiegħed ikompli jaħdem hawn”.

    Fost dawk li kkummentaw kien hemm immigrant li meta mistoqsi dwar x’jaħseb dwar il-Prim Ministru qal li jemmen li f’dawn l-aħħar snin bidel il-Maltin u ħoloq opportunitajiet ta’ xogħol… u nħobbu”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0