“Louis Galea insulta lit-tesserati tal-PN” - isostni dan l-opinjonist Mercieca wara li Galea qal li kien żball li Delia nħatar minnhom

  • Lul 12, 2019 08:18
  • Miktub minn iNews
"

    L-opinjonista magħruf Simon Mercieca iddeskriva bħala insult lit-tesserati tal-PN id-dikjarazzjoni li għamel l-Avukat Louis Galea meta qal li l-kap tal-partit Adrian Delia ma messux inħatar minnhom.

    Galea tqabbad minn Delia nnifsu biex jintervjeni u jissuġġerixxi r-riformi li hemm bżonn isiru biex il-PN joħroġ minn dik li qed titqies bħala l-agħar sitwazzjoni fl-istorja tiegħu hekk kif fl-aħħar elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-kunsilli lokali sofra l-ikbar telfiet tiegħu.

    Dr Mercieca għamilha ċara li huwa jqis lil Louis Galea bħala ħabib anke għax ilu jafu minn żmien meta kien naħdem ma’ Fr. Peter (Serracino Inglott) biss fuq l-aħħar dikjarazzjoni tiegħu ma jaqbilx u jħoss li la turi għarfien u lanqas maturita politika.

    “Jekk kien hemm fatturi li fih l-PN ġab rivoluzzjoni kienet l-edukazzjoni. Fetaħ l-edukazzjoni għal kulħadd. Illum dawk li għandhom għarfien żdiedu u mhux naqsu. B’hekk iż-żieda ta’ għarfien fl-edukazzjoni se tissarraf bil-fors, fost membri ta’ kull għaqda, għal aktar għarfien u rikonoxximent politiku”.

    Huwa sostna li kien f’dan il-kuntest li l-kummissjoni inkarigata bir-rapport dwar l-elezzjoni generali tal-2013, inkluż hu, ħareġ bil-proposta li t-tesserati jivvutaw għall-mexxej.

    Dr Mercieca stqarr li dan ġie propost mill-membri tal-PN li għamlu kuntatt mal-kummissjoni u taw il-veduti tagħhom. L-għajta ta’ aktar minn wieħed kienet li l-PN kellu jisma’ l-veduti tagħhom. 

    “B’unur ngħid li dik il-kummissjoni semgħet dak li kellhom xi jgħidu ħafna Nazzjonalisti nkluż l-uġiegħ tagħhom. Issa dawn il-proposti ġew immexxja minn dak li fi xjenżi umanistiċi hija msejħa triloġija jiġifieri li proposta tittieħed inkonsiderazzjoni jekk ikun hemm aktar minn tliet sorsi differenti u indipendenti minn xulxin li jipproponuha”.

    Dr Mercieca żied li jekk wieħed jagħmel analizi ta’ x’ġara dan hu indipendenti mill-għażla tat-tesserati.

    “It-tesserati kienu mxebba’ b’'establishment' li ma kienx qed jisma’ l-uġiegħ tagħhom. Biss lilhinn minn dan irrid infakkar li Adrian Delia tela’ l-ewwel fosti il-kunsillieri. Kien l-aktar kandidat li ġab voti fost il-kunsillieri. It-tesserati ikkonfermaw din l-għażla”.

    Huwa żied li fuq kollox ma hemm l-ebda garanzija li għażla fost il-kunsilliera hija bil-forsi l-aħjar għażla u qal li l-istorja politika Maltija għandha ħafna eżempji. 

    “Dom Mintoff stess qal li l-għażla tiegħu ta’ Karmenu Mifsud Bonnici ma kienetx l-aħjar waħda. Naħseb li l-kontribut tiegħu li żamm l-emoroġija isseħħ fil-Partit Laburista. Kien hemm l-għażla ta’ Alfred Sant fuq Lino Spiteri. Sant tilef il-gvern wara sentejn. Kien hemm l-għażla ta’ Lawrence Gonzi. Hemm min iqis li ma kinetx l-aħjar għażla. Kellu konferma mill-kunsilleri meta kien hemm l-inkwiet intern biss ir-riżultat ta’ 2013 kulħadd jaf x’kien. Mela l-kunsilleri mhux bil-fors jagħmlu l-aħjar għażla”.

    Dr Mercieca kompla li l-għażla mit-tesserati tmexxi l-mudell tal-'primaries' Amerikani u semma kif forsi wieħed jista’ jgħid jew jargumenta li kien ikun aħjar li l-għażla ta’ kap jew mexxej ta’ partit tibda l-ewwel minn fost it-tesserati u wara tmur ghand id-delegati jew il-kunsilliera tal-Partit. 

    “Dan l-argument naċċettah iżda qatt ma naċċetta li kien żball li t-tesserati ntalbu jivvutaw”, huwa żied jgħid.

    L-opinjonista jkompli li fuq kollox il-problemi li hemm illum ġejjin mill-fatt li hemm żewġ fazzjonijiet jew aktar fil-PN u Adrian Delia għamel l-iżball li n-nies onesti twarrbu u issa dawn telqu għal kollox mill-partit. 

    “Minflok ħadem għall-għaqda, ħaseb li l-arroganza legali se trebħu. Din hija ġlieda legali li hemm fil-PN. Il-parir żgħir tiegħi lil Louis Galea huwa li jekk irid ikun suċċess irid jinsa li hu avukat. Ma jistax jaħdem qisu avukat jew imħallef. Jekk jagħmel hekk mhux ser jasal”, żied Dr Mercieca.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0