Ta' 18-il sena waqaft mill-futbol u bdejt nixtri xi rivisti tal-body­building

  • Lul 12, 2019 00:55
  • Miktub minn Cristian Muscat
"

    Kif għażilt il-bodybuilding fost sport ieħor?

    Minn dejjem kont sportiv. Meta waqaft nilgħab il-futbol ta’ 18-il sena bdejt nixtri xi rivisti tal-body­building u minn hemm bdejt nipprattika xi ftit id-dar.

    Iktar ‘il quddiem isseħibt ġo gym u n-namra lejn dan l-isport kompliet tikber.

    F’dawn l-aħħar snin qed jikber dejjem iktar l-invol­vimnet tan-nisa fil-bodybuilding. Ma taħsibx li l-bodybuilding minħabba s-saħħa fiżika li jirrikjedi huwa iktar addattat għall-irġiel milli għan-nisa?

    Tajjeb ngħidu li il-fede­razzjoni tagħna mhijiex biss tal-bodybuiling iżda wkoll tal-fitness.

    Ma naqbilx li l-isport tagħ­na huwa tal-irġiel biss, anzi, illum il-ġurnata nis­tgħu ngħidu li bid-dixxip­lini l-ġodda li ntroduċiet l-IFBB sar hawn nisa li jipprattikaw dan l-isport daqs kemm hawn irġiel.

    X’unuri prinċipali rbaħt fil-karriera tiegħek fil-bodybuilding kemm fis-singles kif ukoll fil-mixed pairs?

    Fuq bażi nazzjonali rbaħt l-overall fil-kampjonati nazzjonali għal ħames darbiet.

    Fuq bażi internazzjonali rbaħt il-Kampjonati Mondjali darbtejn u l-Kampjonati Ewropej darba fil-mixed pairs flimkien ma’ Blanche Coppola.

    Fuq bażi individwali pplejsjajt it-tieni fil-Kampjonati tal-Mediterran, ir-raba’ fil-Kampjonati Mondjali, il-ħames fil-Kampjonati Ewropej kif ukoll irbaħt bosta midalji oħra f’events bħalma huma l-Olympia Amateur u d-Diamond Cup f’diversi pajjiżi.

    X’differenza tgħaddi bejn il-bodybuilding, il-weightlifting u l-powerlifting?

    Filwaqt li fil-powerlifting u l-weightlifting tiġi ġġudi­kat fuq l-ammont ta’ piż li terfa’, fil-bodybuilding il-ġurija tippremja lil min ikollu l-aktar fiżiku komplut.

    Inti wkoll il-president tal-MFBBF. X’tinvolvi eżat­tament din il-kariga?

     Ilni fil-kariga għal ħames snin. Din il-kariga tirrikjedi li torganizza events nazzjo­nali u internazzjonali f’paj­jiżna, li teduka lill-membri fuq id-dixxiplini tal-IFBB u li naraw li atleti Maltin ikunu prezenti fuq bażi regolari f’events kbar tal-IFBB madwar id-dinja.

    Intom bħala assoċjaz­zjoni affiljati mal-IFBB. Kif inhi r-relazzjoni tagħkom?

    Għandna relazzjoni mill-aqwa mal-IFBB. Għalkemm pajjiz żgħir, illum il-ġurnata ngawdu minn rispett kbir mill-ogħla awtoritajiet tal-IFBB.

    Kemm hemm membri fl-MFBBF? Kull min jipprattika l-bodybuilding f’Mal­ta huwa membru ta’ din il-federazzjoni?

    Is-sena l-oħra kellna 175 membru li bosta minnhom jikkompetu jew huma coaches. Ovvjament hawn ħafna iktar li jmorru ġo gyms iżda li ma jieħdux il-bodybuilding u l-fitness fuq bażi kompetittiva.

    X’attivitajiet diversi organizzajtu matul din is-sena kalendarja s’issa?

    Il-Federazzjoni Maltija tal-Bodybuilding u l-Fitness organizzat il-Kampjonati Nazzjonali kif ukoll żewġ kompetizjonijiet internaz­zjonali tal-IFBB f’April li għadda.

    Fil-kampjonati nazzjonali, ikkompetew 47 atleta lokali fejn fl-aħħar tas-serata intgħażel it-team Malti għall-Kampjonati Ewropej tal-IFBB li saru f’Santa Susanna fi, Spanja, f’Mejju li għadda.

    Fid-Diamond Cup Malta li kienet qiegħda ssir għat-tielet sena konsekuttiva, ipparteċipaw 162 atleta minn 31 pajjiż differenti fejn l-aqwa atleti rebħu d-dritt li jaqilbu għal status professjonali.

    L-IFBB Elite Pro Malta kienet għall-atleti professjo­nali fejn għaliha pparteċi­paw atleti ta’ fama mondjali bħas-Slovakk Michal Krizanek u l-Brażiljana Angela Borges.

    L-aqwa atleti Maltin fil-kampjonati nazzjonali im­ba­għad kkompetew f’bosta kompetizzjonijiet internaz­zjonali b’bosta suċċessi fejn spikkaw Bader Elmiloudi, Carlos Caruana, Roderick Theuma, Antoine MIcallef, Christian Scerri, Mahmoud Sharshar, Sabrina Grima, Krystle Tonna kif ukoll Chantal Graziani.

    U x’attivitajiet imiss fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin?

    L-avvenimenti li jmiss organizzati mill-MFBBF se jku­nu l-kompetizzjonali The Battle kif ukoll dik internazzjonali - il-’Malta International Grand Prix’ li se jsiru fil-31 ta’ Awwissu, fil-Lukanda Corinthia San Ġorġ.

    Għaliex il-Bodybuilding mhuwiex Sport Olimpiku?

    Il-Bodybuilding għadu mhux sport Olimpiku għax hawn min għadu jqisu li mhux sport. Però, ta’ min jgħid li bil-ħidma kontinwa tal-president internazzjonali, Rafael Santonja, l-IFBB issa hija rikonoxxuta f’erba’ kontinenti u nisperaw li ma ndumux ma naraw il-Bodybuilding u l-Fitness fl-Olim­pjadi.

    Il-bodybuilders Maltin jieħ­du sehem u jikkompetu b’mod regolari f’kom­petizzjonijiet importanti tal-bodybuilding madwar id-dinja?

    Iva, illum il-ġurnata qegħ­din inkunu preżenti f’iktar minn 10 kompetiz­zjonijiet matul is-sena.

    Konxju wkoll mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi dieta partikolari. Tista’ tagħ­tina aktar dettalji ta’ kif inti tqassam id-dieta tiegħek?

    Jien nemmen li għandek tiekol ikel sustanzjuż is-sena kollha mbagħad meta tkun riesaq lejn xi kompetizzjoni tbaxxi l-karboidrati u x-xaħmijiet.

    Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet tal-body­build­ing importanti?

    Fiżikament inżid l-eżer­cizzju u mentalment nibqa’ ffukat u nemmen fiha nnifsi li kapaċi nagħti sfidi lil kull atleta internazzjonali ... irrelevanti minn liema pajjiż ġej.

    Il-kompetizzjonijiet tagħkom kif jintrebħu? Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika r-rebħ ta’ dawn il-kompetizzjonijiet. Imma fuqhiex tgħaddi l-gudizzji tagħha?

    Il-ġurija tara liema hu dak il-fiżiku l-iktar komplut kemm bħala massa muskolari kif ukoll dwar nuqqas ta’ bodyfat, simetrija, pro­porzjon u posing.

    Naf ukoll li qabel il-kompetizzjonijiet ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu deidratati. Huwa minnu dan?

     Dik hija drawwa antika. Jekk tkun għamilt preparazzjoni tajba u fit-tul m’għandekx għalfejn tuża dawn il-metodi drastiċi li iktar jagħmlu deni milli ġid.

    Kif tqabbel ir-riżorsi li fihom tittrenjaw f’Malta meta kkumparati ma’ dawk li wieħed isib barra minn Malta?

    Illum il-ġurnata għandna riżorsi tajbin ħafna. Li għadna lura meta mqabblin ma’ pajjiżi oħra hija fl-għajnuna finanzjarja li ningħataw sabiex ngħinu lill-aqwa atleti tagħna.

    It-taħriġ tagħkom fiex jikkonsisti u jagħmel differenza t-taħriġ tal-irġiel meta kkumpartat ma’ dak tan-nisa?

    Aħna nittrenjaw bil-weights għal 4 jew 5 darbiet fil-ġimgħa u hemm min jagħmel sessjonijiet ta’ cardio wkoll.

    Fil-verità mara u raġel jistgħu jittrenjaw bl-istess mod. Huwa normali li fil-maġġoranza tal-każi, raġel huwa kapaċi jerfa’ iktar piż minn mara.

    Kemm taħseb li l-media tagħtikom biżżejjed pub­bliċitá?

    Assolutament le. U dan minkejja li llum il-ġurnata ... sena wara sena ... qed inġibu ħafna riżultati tajbin lejn Malta.

    X’differenza tgħaddi bejn il-kompetizzjoni tas-Singles kif ukoll dik tal-Pairs?

    Fis-singles tiġi ġġudikat fuqek innifsek filwaqt li fil-Pairs il-koppja tiġi ġġudi­kata bħala Unit u mhux individwalment. Għalhekk il-fiżiċi tal-mara u tar-raġel iridu jkunu kompatibbli.

    X’sostenn issib mill-partner tiegħek Blanche Cop­pola biex tkompli b’suċċess il-ħidma tiegħek kemm bħala atleta kif ukoll bħala amministratur fil-bodybuilding f’Malta?

    Dejjem sibt sostenn minn Blanche u ta’ dan nixtieq nirringrazzjaha. Li tkun tgħix l-istess stil ta’ ħajja jgħin mhux ftit għax l-isport tagħna huwa sport ta’ 24 siegħa.

    Tista’ tgħaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ speċ­jalment tfajliet li qegħdin jaħsbuha bis-serjetà li jibdew jipprattikaw il-bodybuilding.

    Naf b’ħafna każi fejn il-fitness għen mhux ftit lil żgħażagħ li kellhom diversi problemi. Li żżomm ruħek b’saħħtek u tiekol tajjeb huwa investiment fik innifsek.

    Għal iktar informazzjonai wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku www.mfbbf.org jew inkella il-grupp ta’ facebook, IFBB Malta.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0