UEFA Europa League: Balzan megħluba f’partita eċċitanti

  • Lul 11, 2019 22:45
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    Balzan .............3

    Domzale ..........4

    F’partita li pproduċiet xejn inqas minn seba’ goals, Balzan sfaw megħ­luba mis-Sloveni ta’ NK Domzale bl-iskor ta’ 4-3, bil-Maltin ipattu qares għal ċerti indeċiżjonijiet li wettqu fid-difiża fl-erba’ goals li sofrew.

    B’hekk biex Balzan jiksbu l-passaġġ għat-tieni round ta’ kwalifikzzjoni tal-UEFA Europa League se tkun ferm diffiċli.

    Is-Sloveni għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss erba’ minuti rebħu penalty meta Steve Pisani waqqa’ lil Slobodan Vuk fil-kaxxa.

    Mill-11-il metru nkariga ruħu l-captain SENAD IBRICIC li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ lil Kristijan Naumov­ski naħa u l-ballun in-naħa opposta. 

    Balzan wieġbu man-nofs siegħa logħob meta Riccardo Correa indirizza free-kick preċiż lejn Uros Ljubomirac li mill-viċin ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi ftit barra.

    Huma komplew jippressaw u meritatament erba’ minuti biss wara ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ xutt qawwi ta’ RICARDO CORREA minn tarf il-kax­xa.

    Balzan komplew jiddo­minaw u fis-37 minuta dawru l-iskor favur tagħhom meta Alfred Effiong serva fuq platt tal-fidda lil UROS LJUBOMIRAC li mill-viċin spara ġewwa permezz ta’ xutt fil-baxx. 

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, is-Sloveni ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv li jġibu l-iskor indaqs u proprju fit-48 minuta rnex­xielhom jagħmlu dan minn daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ SLOBODAN VUK wara li rċieva l-ballun minn cross mil-lemin.

    Iżda Balzan ma kel­lhomx jiġu mċaħħda għax żewġ mi­nuti wara, Stefan Dimic b’daqqa ta’ takkuna eleganti għadda lejn ALFRED EFFIONG li minn pożizzjoni ideali tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

    Madankollu, il-Maltin ftit li xejn damu jgawdu dan il-goal vantaġġ hekk kif fil-61 minuta, is-Sloveni reġgħu kisbu d-draw meta d-difiża Balzanija naqset milli tikklerja l-ballun li spiċċa f’saqajn GREGOR SIKOSEK li fajjar xutt qawwi mill-viċin  li ntemm fix-xibka.

    Fis-66 minuta, Domzale kienu għod­dhom skorjaw ir-raba’ goal meta xutt mill-viċin ta’ Adam Gnezda Cerin ġie mdawwar f’corner bi bravura minn Kristijan Naumovski.

    Madankollu, fil-75 minu­ta huma skorjaw il-goal tar-rebħa meta wara li rċieva l-ballun minn cross mix-xellug, MATEJ PODLOGAR xeħet il-ballun fix-xibka.

    Iżda minkejja din it-telfa jidher li Balzan huma armati tajjeb għall-kampjonat.

    BALZAN: 83-Kristijan Naumovski, 5-Aleksandar Kosoric, 8-Nenad Slivic, 10-Steve Pisani, 11-Steve Bezzina, 16-Paul Fenech, 17-Alfred Effiong (44-Arthur Faria Machado 70), 18-Uros Ljubomirac (50-Andrija Majdevac 82), 20-Ivan Bozovic, 23-Stefan Dimic, 30-Ricardo Correa (7-Lydon Micallef 86)  - Coach: Jacques Scerri

    NK DOMZALE: 1-Grega Sorcan, 2-Amedej Vetrih, 36-Tilen Klemencic, 10-Senijad Ibricic, 11-Tonci Mujan (14-Mattias Kait 64), 12-Gregor Sikosek, 16-Josip Corluka, 21-Matej Podlogar, (19-Ziga Repas 77), 27-Gaber Dobrovoljc, 41-Adam Gnezda Cerin, 89-Slobodan Vuk (25-Dario Kolobaric 83) - Coach: Simon Rozman

    REFEREE: Aleksei Matyunin (Russja)

    ASS. REFEREES:Roman Usachev, Alexey Shiryaev (Russja)

    RABA’ UFF: Evgeny Turbin (Russja)

    SKORERS:S. Ibricic pen. 5, S. Vuk 48, G. Sikosek 61, M. Podlogar 75 (D), R. Correa 34, U. Ljubomirac 37, A. Effiong 56 (B)

    AMMONITI:S. Pisani, S. Bezzina (B), G. Dobrovoljc, S. Vuk (D)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0