L-ex player ta’ Atalanta Federico Matiello huwa player ġdid ta’ Cagliari. Id-difensur Taljan ħalla intervista mas-sit uffiċjali tal-club waqt li kien hemm ritratt li juri lill-player ta’ 23 sena jiffirma mal-Isolani.
F’kumment li ta Matiello qal li jaf sew lill-coach Rolando Maran u dan ser jgħinu mhux ftit sabiex joqgħod malajr għat-tattika tiegħu. Hu qal li jaf sew li Cagliari riduh u hu rreċiproka billi ngħaqad magħhom.
Meta tkellem dwar l-injury li kellu riċentement, Matiello qal li dak hu passat u issa qed jikkonċentra sabiex jilgħab għall-club il-ġdid tiegħu. Wara li beda l-karriera tiegħu ma’ Juventus fis-sena 2013, dan ingħata b’self lil Chievo u SPAL sakemm kienu Atalanta li kisbu s-servizzi tiegħu sena ilu. Hu lanqas lagħab logħba waħda magħhom u reġa’ ġie misluf lil żewġ clubs oħra u dawn huma SPAL u Bologna.
Matiello jemmen li issa jrid jagħti kollox ma’ dan il-flokk il-ġdid tiegħu sabiex barra li jilgħab b’mod regolari, jkun ukoll protagonista fit-tim tiegħu.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.