Tirrapportah li stupraha tliet snin wara... bagħtitlu li “ħadet pjaċir”

  • Lul 11, 2019 15:43
  • Miktub minn iNews
"

    Student universitarju ta’ 21 sena, ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li stupra lill-eks sieħba tiegħu f’każ li seħħ tliet snin ilu.

    L-imputat, li huwa Għawdxi iżda residenti f’Malta fil-perjodu li jkun qed jattendi l-Università, tressaq il-Qorti taħt arrest wara li l-eks sieħba tiegħu, ta’ 20 sena, f’April li għadda rrapportat li sfat stuprata minnu meta t-tnejn kellhom 18-il sena.

    Wara li ġew infurmati mill-pulizija ta’ Għawdex li r-raġel ma kienx fuq il-gżira, il-pulizija f’Malta sejħulu biex imur fl-Għassa tal-Imsida, kif fil-fatt għamel. 

    L-Avukat Giannella De Marco, li qed tidher għall-imputat ikkontesta il-validità tal-arrest fejn irrimarkat li għalkemm l-akkużi jmorru lura għal Diċembru tal-2016, it-tfajla rrapportat dwar l-allegat inċident f’April tal-2019.

    “Barra minn hekk, iż-żagħżugħ wieġeb volontarjament għat-taħrika tal-pulizija, li kkopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni u wieġeb għall-mistoqsijiet kollha li sarulu,” argumentat Dr De Marco. 

    Qalet ukoll li l-allegata vittma kienet żammet iċ-chat ta’ Whatsapp tagħha mal-akkużat sa Mejju tal-2018, fejn anke bagħtitlu messaġġ tgħidlu li kienet “ħadet pjaċir.”

    “L-allegat stupru mhux biss imur lura għal tliet snin ilu, imma l-allegat vittma ma esprimietx biża’ billi baqgħet titkellem mal-għarus tagħha sas-sena l-oħra,” qalet Dr De Marco. “Li kieku l-pulizija sabet xi forma ta’ theddida kienu jieħdu azzjoni immedjata.”

    Wara li semgħet is-sottomissjoni taż-żewġ naħat, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat taħt depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000. 

    Huwa kien ordnat ukoll jiffirma l-għassa darba fil-ġimgħa u ma jersaqx lejn il-lokalità fejn tirrisjedi l-allegata vittma. Fl-istess waqt inħarġet ordni ta’ protezzjoni favur it-tfajla u l-Qorti laqgħet it-talba biex l-ismijiet tal-imputat u l-allegata vittma ma jixxandrux fuq il-mezzi tax-xandir.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0