Dgħajjes militari Iranjani jipprovaw jieħdu l-kontroll ta' tanker taż-żejt Brittaniku

  • Lul 11, 2019 07:50
  • Miktub minn iNews
"

    Ħames dgħajjes tal-Marittima Iranjana ipprovaw jieħdu l-kontroll ta’ tanker taż-żejt fil-Golf Persjan. Dan kien żvelat minn żewġ uffiċjali Amerikani li għandhom tagħrif dirett dwar l-inċident.

    It-tanker Brittaniku kien qed ibaħħar fil-Golf Persjan u kien qed jaqsam fiż-żona tal-Istrett ta’ Hormuz meta kien avviċinat mid-dgħajjes Iranjani.

    L-uffiċjali abbord id-dgħajjes ordnaw lit-tanker biex ibiddel ir-rotta u jieqaf f’ibħra territorjali Iranjani. Ajruplan militari Amerikan li kien qed jittajjar fil-viċinanzi ġibed filmat tal-inċident kollu.

    It-tanker min-naħa tiegħu kien qed jiġi skortat minn bastiment tal-Marittima Brittanika li wissiet lid-dgħajjes Iranjani biex iżidu d-distanza bejniethom u t-tanker.

    Dan l-inċident huwa ieħor minn sensiela ta’ inċidenti marittimi li jinvolvu lill-Iran. Inqas minn ġimgħa ilu suldati Brittaniċi telgħu abbord vapur Iranjan wara li dan kien suspettat li kien qed iġorr żejt lejn is-Sirja.

    Matul ix-xahar li għadda t-tensjoni ben l-Istati Uniti u l-Iran eskalat konsiderevolment wara li twaqqa’ drone Amerikan fuq l-Istrett ta’ Hormuz.

    Fl-istess waqt, diversi pajjiżi Ewropej u kif ukoll l-Istati Uniti wrew it-tħassib tagħhom wara li l-Iran żied il-proċess ta’ tisħiħ tal-urnaju wara li saħaq li ma kienx se jibqa’ josserva l-ftehim nukleari li kien daħal fis-seħħ fl-2015.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0