Seħibhom tal-klassi trux… tgħallmu l-lingwa tas-sinjali biex jgħinuh

  • Lul 06, 2019 17:20
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Nicholas hu tifel trux li beda jmur l-iskola primarja ta’ Don Milani di Forlimpopoli fl-Italja. Għall-bidu kien spiċċa joqgħod f’kantuniera waħdu, peress li ma setax jifhem x’kienu jgħidu sħabu tal-klassi. Però, il-ħbieb tiegħu ma ridux li tibqa’ hekk is-sitwazzjoni u ddeċidew li jitgħallmu l-lingwaġġ tas-sinjali biex jgħinuh jikkomunika magħhom. 

    Dan sar parti minn proġett li tkellmet dwaru l-edukatriċi Valentina Baraghini li f’konferenza spjegat kif jaħdem dan il-proġett pilota li sar fl-istess skola. L-għan tal-proġett hu li jingħata valur u li jintlaqgħu d-differenzi, b’tali mod li llum il-parti l-kbira tat-tfal fil-klassi ta’ Nicholas jafu jużaw il-lingwaġġ tas-sinjali b’mod naturali. 

    Min-naħa l-oħra, Nicholas ingħata l-opportunità li jkun jista’ jikkomunika ma’ sħabu tal-klassi u fil-lezzjonijiet anke jgħinhom biex jitgħallmu l-lingwaġġ tas-sinjali. 

    Il-President tal-Kummissjoni Politika għas-Saħħa u l-Politika Soċjali f’dan ir-reġjun tal-Forlivese qal li dan il-proġett pilota ppermetta lit-tfal kollha tal-klassi ta’ Nicholas biex jitgħallmu l-lingwaġġ tas-sinjali. Spjega li kienet esperjenza formattiva importanti ħafna għat-tfal, għall-għalliema tagħhom u anke għall-familji tagħhom. 

    Minn din l-inizjattiva sar ukoll vidjo li rawh aktar minn 1.6 miljun persuna. 

    Għandhom it-tfal kollha jitgħallmu l-lingwaġġ tas-sinjali?

    Jidher li dan il-każ ta’ Nicholas mhuwiex uniku. Fil-fatt, tfal oħra fl-Ingilterra jirrakkontaw li jħossu l-istess meta jkun hemm tfal bħalhom li jafu l-lingwaġġ tas-sinjali. 

    Emmanuel ta’ seba’ snin jgħid li meta jiltaqa’ ma’ tfal oħra li jistgħu jikkomunika bil-lingwaġġ tas-sinjali, iħossu kuntent u kunfidenti. Jgħid li kieku kien jiddependi minnu jaqbad u jgħallem lid-dinja kollha kif jużaw din il-lingwa. 

    Faiza, li għandha 11-il sena, tgħid li kieku t-tfal kollha jitgħallmu dan il-lingwaġġ tas-sinjali, kieku jkollha aktar tfal ma’ min tilgħab u tkun tista’ tikkomunika aħjar. Qalet ukoll li kieku sħabha ma kinux jafu jużaw il-lingwaġġ tas-sinjali, kieku ħajjitha kienet tkun tad-dwejjaq għax tispiċċa waħedha. 

    Dan huma wħud mit-tfal torox li jattendu l-Iskola Blanche Nevile fit-tramuntana ta’ Londra. Huma jgħinu lil sħabhom tal-iskola biex jitħallmu l-ingwaġġ tas-sinjali. B’dan il-mod, jirnexxielhom jegħlbu l-ostakli bejniethom u anke jagħmlu ħbieb ġodda. 

    Filwaqt li l-lingwaġġ tas-sinjali ġie rikonoxxut bħala lingwa fl-Ingilterra xi 14-il sena ilu, din mhix inkluża fil-kurrikulu nazzjonali Ingliż. Jidher li kienet anke saret petizzjoni biex dan il-lingwaġġ tas-sinjal jidħol fil-kurrikulu tal-istudenti u jkun obbligatorju li jitgħallmuh. 

    Fl-Ingilterra jidher li hemm mal-11-il miljun persuna li huma torox jew għandhom problema bis-smigħ. Minn fosthom hemm aktar minn 48,000 tifel u tifla torox.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0