L-Impjegati ta’ MAPFRE Malta f’attivita ta’ teambuilding

  • Lul 04, 2019 09:57
  • Miktub minn iNews
"

    L-Impjegati ta’ MAPFRE MALTA (li jinkludi MAPFRE Middlesea u MAPFRE MSV Life) qattgħu ftit ħin il-barra mill-uffiċju biex ipparteċipaw f’attivita ta’ team-building organizzata minn JUGS Malta, li ħadet il-forma ta’ treasure hunt. 

    Bis-saħħa ta’ JUGS Malta, l-impjegati setgħu igawdu wara nofsinhar ta’ attivitajiet li saru matul din it-treasure hunt, li kellha l-għan li tagħti opportunità lill-impjegati isiru jafu aktar lil xulxin, lil hinn mix-xogħol. B’hekk tissaħaħ l-komunikazzjoni bejnithom waqt li jiġu żviluppati ċertu kapaċitajiet biex l-impjegati jaħdmu aktar bħala tim wieħed. 

    “Din l-attivita serviet bħala opportunità biex kemm l-impjegati ta’ MAPFRE Middlesea kif ukoll ta’ MAPFRE MSV Life isiru jafu aktar lil xulxin. Ipparteċipaw madwar 200 impjegat, li kienu maqsuma f’28 tim, u kull impjegat irnexxilu jinteraġixxi sew mal-bqija tat-tim tiegħu. Kellna ċ-ċans niżfnu, nkantaw, kif ukoll nagħmlu film qasir, waqt li iltqajna u tkellimna ukoll ma diversi nies fiċ-ċentru tal-Belt Valletta. Ħadna ħafna gost bħala tim wieħed,” qalet Ines Silva, Kap Eżekuttiv tar-Risorsi Umani fi ħdan MAPFRE Malta.

    MAPFRE Malta torganizza numru ta’ attivitajiet matul is-sena li jippermettu l-iżvilupp kontinwu ta' l-impjegati tagħha. Dawn l-attivitajiet ivarjaw minn attivitajiet ta’ volontarjat, workshops, taħriġ u anke attivitajiet ta' rikreazzjoni.

    MAPFRE Middlesea p.l.c (C-5553) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta ' Malta (MFSA) biex tmexxi Negozju  fit-tul u Generali skont l-Att dwar il-Kummerc tal-Assigurazzjoni,  Kap 403 tal- Liġijiet ta’ Malta.

    MAPFRE MSV Life p.l.c. (C-15722) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta ' Malta biex tmexxi negozju tal-assigurazzjoni fit-tul taħt l-Att dwar il-Kummerc tal- Assigurazzjoni, Kap 403 tal- Liġijiet ta’ Malta.L-entitajiet kollha huma regolati mill-MFSA.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0