Wara t-Torri ta’ Pisa, issa qed jitmejjel il-Kolossew

  • Lul 30, 2012 16:09
  • Miktub minn

    Jista’ jkun minħabba xi tkissir fl-istruttura interna jew dik ta’ taħt l-art, inkella minħabba s-sħana kbira li qiegħda taħkem il-ġebel jew inkella minħabba l-vibrazzjoni qawwija kkawżata mit-traffiku. Hi x’inhi l-kawża, sar magħruf li l-Kolossew f’Ruma qiegħed jitmejjel bħat-Torri ta’ Pisa. Fil-fatt, hemm diżlivell ta’ 40 ċentimteru fil-parti tal-Anfiteatru Flavio.

    Dan ġie żvelat mid-Direttriċi tal-monument storiku, Rossella Rea, li ffirmat ftehim mal-Università La Sapienza, mal-Istitut tal-Ġeoloġija Igag u mal-ġeoinġinerija tas-CNR biex jistudjaw dan il-fenomenu. Minkejja li din l-aħbar tista’ tidher bħala xi ħaġa ġdida, għal numru ta’ tekniċi din il-problema ilha tħassibhom minn sena ilu. Minkejja dan, jidher li qed isir moniteraġġ kontinwu dwar kif qiegħda ġġib ruħha l-istruttura sħiħa. Fil-31 ta’ Lulju se ssir konferenza tal-aħbarijiet fejn il-Ministru tal-Kultura se jispjega aktar dwar ir-restawr tal-Kolossew. Dan se jieħu mat-tliet snin ta’ xogħol li fihom però dan il-monument hekk importanti mhux se jkun magħluq.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0