Ġuvni u tfajla jsofru ġrieħi gravi wara li jaħbtu f'arbu tad-dawl f'Marsaskala

  • Ġun 27, 2019 07:32
  • Miktub minn iNews
"

    Ġuvni u tfajla sofrew ġrieħi gravi wara li ħabtu f’arblu tad-dawl. L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11.00 p.m. fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Marsaskala.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li x’aktarx il-ġuvni ta’ 20 sena residenti s-Siġġiewi tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq tat-tip Volkswagen Golf u baqa’ dieħel fl-arblu tad-dawl. It-tfajla, ta’ 20 sena minn Ħal Għaxaq, kienet passiġġiera miegħu.

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kienu ċċertifikati li kienu qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0