Waterpolo: Neptunes jiddominaw lil Valletta

  • Ġun 26, 2019 22:24
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Round Preliminari

    Neptunes...................... 21

    Valletta......................... 13

    (4-2, 7-1, 3-4, 7-6)

    Neptunes iddominaw lil Valletta u għelbuhom 21-13.

    Huma rebħu l-ewwel ses­sjoni bl-iskor ta' 4-2 b'goals minn Petar Muslim (2), waqt li Darko Brguljan u Stevie Camilleri skorjaw goal kull wieħed, fejn ta' nota huwa l-fatt li dan tal-aħħar falla pe­nalty hekk kif ra lill-goalkeeper ta' Valletta, Ryan Scior­tino jsalva tajjeb.

    Min-naħa l-oħra, iż-żewġ goals ta' Valletta waslu minn Dmitri Kholod u Daniel Pao­lella.

    Neptunes komplew jimpressjonaw u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor kbir ta' 7-1 bl-iskorers għalihom ikunu Darko Brguljan, Petar Muslim (2), Stevie Camilleri (2), Niki Lanzon u Gabriel Pace waqt li l-uniku goal għall-Beltin wasal mis-solitu Dmitri Kholod.

    Valletta wettqu reazzjoni tajba fit-tielet sessjoni u rebħuha bl-iskor ta' 4-3 bil-protagonisti jkunu Sasa Misic (2), Dmitri Kho­lod minn penalty u Nathan Farrugia.

    Min-naħa ta' Neptunes, l-iskorers għalihom kienu Ken Erdogan, Petar Muslim u Darko Brguljan.

    Bil-partita mirbuħa u mitlufa, l-aħħar sessjoni kienet waħda bilanċjat b'Neptunes jirbħuha 7-6 għal skor finali ta' 21-13.

    L-iskorers tagħhom kienu Stevie Camilleri (2) bit-tieni goal tiegħu jasal minn pe­nalty, Gabirel Pace, Nikolai Zammit (2), Jeremy Abela u Sebastain Busuttil, waqt li Dmitri Kholod (4), bir-raba' goal tiegħu jasal minn pe­nalty u Michael Cordina (2) wieġbu għal Valletta.

    Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Niki Lanzon (1), 3-Ken Erdogan (1), 4-Gabriel Pace (2), 5-Petar Muslim (5), 6-6-Darko Brguljan (3), 7-Stevie Camilleri (5), 8-Jordan Camilleri, 9-Jeremy Abela (1), 10-Nikolai Zammit (2), 11-Jake Muscat, 12-Matthias Azzopardi, 13-Benji Busuttil, 14-Sebastian Busuttil (1) - Coach: Jovan Popovic

    Valletta: 1-Ryan Sciortino, 2-James Spiteri Staines, 3-Andrea Agius, 4-Peter Borg, 5-Charlie Zammit, 6-Ryan Mock, 7-Daniel Paolella (1), 8-Michele Mifsud, 9-Michael Cordina (2), 10-Miguel Zammit, 11-Dmitri Kholod (7), 12-Nicholas Farrugia (1), 13-Reuben Bonnici, 14-Sasa Misic (2) Coach: Bogdan Rath

    Referees: Mario Dalli, Stefano Scappini

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0